Futbol internazzjonali
Premier League Ingliż: Chelsea jixxalaw b’seba’ gowls kontra Norwich

Premier League Ingliż: Diversi partiti li ntlagħbu s-Sibt wara nofsinhar.

Fil-partita li ntlagħbet kmieni fil-ġurnata, rebħa kbira ta’ 7-0 għal Chelsea f’darhom kontra Norwich City. Mount jiftaħ l-iskor għal Chelsea fit-8 minuta u Hudson-Odoi jirdoppja 10 minuti wara. James jagħmilhom 3-0 fit-42 minuta. Il-Blues jiskurjaw erba’ darbiet oħra fit-tieni taqsima. Chilwell jagħmilhom 4-0 fis-57 minuta u auto goal ta’ Aarons jagħmilhom 5-0 fit-62 minuta. Penalty ta’ Mount fil-85 minuta jagħmilhom 6-0 u l-istess plejer jiskurja t-tielet gowl personali fil-91 minuta.

Draw ta’ 1-1 bejn Crystal Palace u Newcastle. Benteke fetaħ l-iskor għat-tim ta’ Londra fis-56 minuta u Wilson iġib id-draw għall-Magpies fil-65 minuta.

Watford jirbħu barra minn darhom għand Everton bi skor ta’ 5-2. Davies fetaħ l-iskor għal Everton wara 3 minuti. King iġib id-draw għal Watford fit-13-il minuta. Richarlison jitfa’ lil Everton fil-vantaġġ fit-63 minuta. Kucka jġib id-draw għal Watford fit-78 minuta. King jiskurja l-gowl tat-3-2 għal Watford fit-80 minuta u l-istess plejer jagħmilhom 4-2 fis-87 minuta. It-tim ta’ londra jżid ieħor minn Dennis fil-ħin miżjud.

Leeds u Wolves itemmu d-90 minuta bi skor ta’ 1-1. Hwang jiftaħ l-iskor fl-10 minuta u Rodrigo jġib id-draw għal Leeds fl-94 minuta minn penalty.

Draw ta’ 2-2 bejn Southampton u Burnley. Cornet jiftaħ l-iskor għal Burnley wara 13-il minuta. Livramento jġib id-draw għal Southampton fil-41 minuta. Broja jitfa’ lil Southampton fil-vantaġġ fil-50 minuta u Cornet jerġa jiskurja għal Burnley u jġib id-draw fis-57 minuta.

 

Miktub minn...
TVM Sport