
Futbol internazzjonali
Premier League Ingliż – Crystal Palace jiskurjaw fl-aħħar sekondi biex jirbħu lil Brighton
Brighton & Hove Albion 1-2 Crystal Palace
Crystal Palace komplew jitbiegħu miż-żona tar-relegazzjoni meta marru għand Brighton u ħarġu rebbieħa 2-1. Fl-Annex Stadium, Crystal Palace marru fil-vantaġġ fit-28 minuta b’gowl ta’ Mateta u baqgħu hekk sa tmiem l-ewwel taqsima. Id-draw għal Brighton wasal minn Veltman fil-55 minuta u kollox deher li t-timijiet ser jieħdu punt kull wieħed, sakemm Benteke skorja l-gowl tar-rebħa għall-Palace fil-ħames minuta fuq il-ħin regolamentari tal-logħba għal skor finali ta’ 2-1.
Ir-rebħa ta’ Crystal Palace waslet wara żewġ telfiet infila, bi Brighton issa tilfu 9 logħbiet f’dan l-istaġun u jinsabu fis-16-il post fil-klassifika b’26 punt.