Futbol internazzjonali
Premier League Ingliż: Harry Kane lest biex jirritorna għat-taħriġ u għal-logħob

L-attakkant ta’ Tottenham Hotspur u tal-Ingilterra Harry Kane jinsab lest biex jerġa’ jibda jitħarreġ b’mod normali ma sħabu hekk kif is-sitwazzjoni terġa’ lura għan-normal.

Kane se jkun fl-iskwadra ta’ Jose Mourinho għall-partita li jmiss.

Hu kien weġġa’ fil-partita tal-Ewwel tas-Sena mill-Premier League Ingliż kontra Southampton u kellu jagħmel operazzjoni.

Il-Premier League Ingliż jinsab sospiż sa mill-inqas it-30 ta’ April li ġej.

Miktub minn...
TVM Sport