Futbol internazzjonali
Premier League Ingliż – Hat-trick ta’ Gareth Bale jwitti t-triq għar-rebħa tal-Ispurs fuq il-Blades

Tottenham Hotspur  4-0  Sheffield United

F’Londra, Tottenham Hotspur ħarġu rebbieħa fuq it-tim relegat ta’ Sheffield United, biex telgħu fil-ħames post tal-Premier League Ingliż. L-Ispurs fetħu l-iskor permezz ta’ Gareth Bale fis-36 minuta u hekk għalqet l-ewwel taqsima.

Fit-tieni taqsima Tottenham kellhom gowl imħassar fil-51 minuta meta Son kien aġġudikat li kien offside permezz tal-VAR, imma mal-61 minuta Bale skorja doppjetta personali u għamel l-iskor 2-0. Il-plejer minn Wales skorja l-hat-trick fid-69 minuta, b’Son jiskorja r-raba’ fis-77 minuta biex għalaq il-logħba 4-0.

Illejla jintlagħbu żewġ logħbiet mill-Premier League Ingliż:

19:00  West Bromwich Albion – Wolves
21:15  Burnley – West Ham

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA