COVID-19 Sports
Premier League Ingliż: Il-Clubs jivvutaw favur li jibda t-taħriġ normali, 4 individwi oħra pożittivi

Il-Clubs tal-Premier fl-Ingilterra vvutaw b’mod unanimu favur li jibda t-taħriġ normali inkluż li jista’ jsir kuntatt fi small sided games u anke jistgħu isiru tackles.

Dan il-vot ironikament wasal sigħat wara li erba’ individwi oħra minn tliet Clubs irriżultaaw pożittivi għat-test tal-COVID-19.

Dawn l-erba’ każijiet ġodda ħarġu wara it-tielet round ta’ testijiet li saru fl-20 team tal-Premier League li nkludew players, coaching staff u backroom staff ieħor. Total ta’ 1,008 persuna ġew ittestjati.

L-20 team tal-Premier League qed ikunu ttestjati darbtejn fil-ġimgħa bir-raba’ round ta’ testijiet li se jsir il-ġimgħa d-dieħla se jitla’ minn 50 test għal 60 test fejn se jkunu issa nklużi wkoll fit-test id-diriġenti u amministraturi.

Kull min ikun pożittiv qed ikun obbligat joqgħod f’iżolament għal sebat ijiem.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Celta Vigo 1   Atlético Madrid 1 Celta Vigo ħadu punt importanti fil-ġlieda kontra r-relegazzjoni meta laqgħu għandom lil Atlético Madrid u żammewhom fi draw ta’ 1-1. Għal Madrileni kważi hemm…

Futbol internazzjonali

Milan 4   Juventus 2 Tliet gowls f’temp ta’ ħames minuti fit-tieni taqsima dawru l-logħba favur Milan meta f’San Siro għelbu lil Juventus 4-2. Sa tmiem l-ewwel taqsima l-iskor kien għadu…

Futbol internazzjonali

Crystal Palace 2   Chelsea 3 Chelsea qabżu fit-tielet post tal-klassifika meta marru għandy Crystal Palace u ħarġu bit-tliet punti f’idejhom b’rebħa ta’ 3-2. Il-Blues fetħu żewġ gowls vantaġġ sal-ewwel nofs…

Futbol internazzjonali

Xavi Hernandez ġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Al-Sadd fil-Qatar għal sena oħra. L-aħbar għamluha uffiċjali l-klabb stess wara spekulazzjoni li l-plejer seta’ rritorna mal-ex klabb tiegħu Barcelona bħala membru fl-istaff tekniku….

Aktar