Futbol internazzjonali
Premier League Ingliż: Il-klabbs se jikkunsidraw jagħmlu l-bidliet meħtieġa mill-istaġun li ġej biex il-VAR tkun tista’ titjieb

Il-klabbs se jikkunsidraw jagħmlu l-bidliet meħtieġa mill-istaġun li ġej biex il-VAR tkun tista’ titjieb. Dan qali l-Kap Eżekuttiv tal-Premier League Ingliż Richard Masters.

L-użu tal-VAR, li ġiet introdotta fl-għola diviżjoni tal-futbol Ingliż, kienet suġġett għall-kontroversja u l-kritika kontinwa matul l-istaġun. Survey kummissjonat minn YouGov fl-Ingilterra indika li sitt persuni minn kull 10 jaħsbu li l-VAR fil-Premier League Ingliż qed taħdem ħażin.

Minkejja dan kollu, Masters stess qal li l-istess stħarriġ sab li ħafna partitarji jemmnu li l-VAR fl-Ingilterra rranġat ħafna deċiżjonijiet mhux perfetti u ħżiena li kienu qed jieħdu l-uffiċjali tal-partita.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Manchester City ġew sospizi sentejn milli jikkompetu fil-kompetizzjonijiet Ewropej, UEFA Champions League u UEFA Europa League, għal ksur serju fir-regoli tal-financial fair play. Apparti din is-sospensjoni li tista tiġi appellata,…

Futbol internazzjonali

Tard ilbieraħ filgħaxija, il-President ta’ Juventus Andrea Agnelli u d-Direttur Ġenerali Fabio Paratici, sejħu lill-kowċ Maurizio Sarri biex miegħu jiddiskutu l-futur ta’ Juventus għal kumplament tal-istaġun. Jidher li din il-laqgħa…

Futbol internazzjonali

Juergen Klinsmann irriżenja minn kowċ ta’ Hertha Berlin wara 10 ġimgħat biss minn meta nħatar. Klinsmann qal li kemm ilu fil-kariga sab nuqqas ta’ appoġġ u fiduċja. L-ex Champion tad-Dinja…

Futbol internazzjonali

It-tliet darbiet rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja, Edson Arantes Do Nascimento Pele, ma jridx joħroġ mid-dar minħabba li ma jistax jimxi sew u mingħajr l-għajnuna ta’ ħaddieħor. Din l-aħbar żvelaha ibnu stess,…

Aktar