Futbol internazzjonali
Premier League Ingliż: Jirbħu Arsenal u Tottenham

Illum żewġ partiti oħra mit-30 ġurnata.

Arsenal għelbu lil Watford fil-partita ta’ Londra bi skor ta’ 3-0. Il-Gunners fil-vantaġġ b’gowl ta’ Mustafi wara 8 minuti u Aubumayang għamilhom 2-0 fid-59 minuta. Watford fallew penalty permezz ta’ Deeney u Arsenal jagħlqu l-partita b’gowl ieħor ta’ Mkhitaryan fis-77 minuta.

Rebħa kbira għal Tottenham li barra minn darhom għelbu lil Bournemouth wara gowl minn taħt skurjat minn Stanislas wara 7 minuti. Tottenham iġibu d-draw fil-35 minuta b’gowl ta’ Delle Ali, u fit-tieni taqsima jiskurjaw tliet darbiet oħra, darbtejn b’gowls ta’ Min Soon u Aurier.

Għada t-Tnejn tintlgaħab l-aħħar partita biex tagħlaq it-30 ġurnata mill-Kampjonat, Stoke City jilqgħu f’darhom lil-leaders Manchester City.

Miktub minn...
TVM Sport