Futbol internazzjonali
Premier League Ingliż: Liverpool jegħlbu lil Southampton; Arsenal lil Burnley

Fil-partita li ntlagħbet kmieni llum, Arsenal għelbu lil Burnley bi skor ta’ 2-1. Lacazette fetaħ l-iskor fit-13-il minuta u Barnes ġab il-gowl tad-draw żewġ minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima. Il-Gunners skurjaw il-gowl tar-rebħa minn Aubumayang fl-64 minuta.

Liverpool għelbu lil Southampton barra minn darhom bi skor ta’ 2-1. Sadio Mane fetaħ l-iskor eżatt qabel il-mistrieħ u Roberto Firmino rdoppja fil-71 minuta. Danny Ingls skurja għal Southampton fit-83 minuta.

Fil-partiti l-oħra, Bournemouth għelbu barra minn darhom lil Aston Villa bi skor ta’ 2-1; draw ta’ 1-1 bejn Brighton u West Ham; Everton għelbu lil Watford bi skor ta’ 1-0 u Norwich City għelbu f’darhom lil Newcastle United bi skor ta’ 3-1.

Miktub minn...
TVM Sport