Futbol internazzjonali
Premier League Ingliż – Liverpool jieħdu l-ewwel telfa f’Anfield wara kważi erba’ snin

Liverpool 0   Burnley 1

Liverpool ħadu l-ewwel telfa f’Anfield wara kważi erba’ snin meta l-Ħamis filgħaxija tilfu kontra Burnley 1-0. Ir-Reds kienu ilu ma jitilfu logħba f’darhom sa mit-23 t’April, 2017, meta dakinhar kienu sfaw megħluba minn Crystal Palace. Issa kellhom ikunu Burnley li jagħtu l-ewwel telfa lil Liverpool f’Anfield, f’xokk qawwi għaċ-champions renjanti. Il-gowl importanti wasal minn penalty ta’ Barnes fit-83 minuta, biex b’hekk Burnley telgħu fis-16-il post tal-klassifika b’19-il punt.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA