Futbol internazzjonali
Premier League Ingliż: Liverpool jirbħu f’Londra kontra Chelsea; Manchester Utd jitilfu f’Londra kontra West Ham

Liverpool jirbħu lil Chelsea barra minn darhom bi skor ta’ 2-1. Ir-Reds fil-vantaġġ b’gowl ta’ Alexander Arnold wara 14-il minuta logħob, u rduppjaw fit-30 minuta b’gowl ta’ Firmino. Kante skurja l-gowl ta’ Chelsea fis-70 minuta.

Telfa oħra għal Manchester United barra minn darhom f’Londra kontra West Ham bi skor ta’ 2-0. Il-Hammers fil-vantaġġ b’gowl ta’ Yarmolenko minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima. West Ham jirduppjaw b’gowl ta’ Aaron Cresswell 6 minuti mit-tmiem.

Arsenal jegħlbu lil Aston Villa bi skor ta’ 3-2. Mc GInn jitfa’ lil Villa fil-vantaġġ wara 20 minuta logħob. Pepe jġib id-draw għal Arsenal minn penalty fid-59 minuta iżda minuta wara Aston Villa jerġgħu jmorru fil-vantaġġ b’gowl ta’ Wesley. Il-Gunners iġibu l-gowl tad-draw fil-81 minuta minn Chambers u jiskurjaw il-gowl tar-rebħa fl-84 minuta.

U draw ta’ 1-1 bejn Crystal Palace u Wolves. It-tim ta’ Londra fil-vantaġġ b’auto goal ta’ Dendoncker mal-ftuħ tat-tieni taqsima. Wolves iġibu d-draw fil-ħin miżjud b’gowl ta’ Jota.

Miktub minn...
TVM Sport