Futbol internazzjonali
Premier League Ingliż: Liverpool rebbieħa f’Anfield, Manchester City jiżolqu fis-St Mary’s

Liverpool 2   Aston Villa 0

Iċ-champions ta’ dan l-istaġun, Liverpool, irritornaw għar-rebħ meta f’Anfield laqgħu lil Aston Villa u rebħulhom 2-0. Iż-żewġ gowls waslu fit-tieni taqsima, l-ewwel minn Mane fil-71 minuta, imbagħad Jones skorja t-tieni fid-89 minuta.

Din kienet it-tieni telfa konsekuttiva għal Aston Villa li tħallihom it-tielet mill-aħħar b’27 punt, punt taħt Watford.

 

Southampton 1   Manchester City 0

Wara l-wirja brillanti li Manchester City taw kontra Liverpool il-Ħamis li għadda, issa kien imisshom jieħdu disfatta meta marru fis-St Mary’s Stadium u spiċċaw megħluba minn Southampton 1-0. Il-gowl wasal kmieni fil-logħba, wara biss kwarta, meta Adams sab ix-xibka u dan il-vantaġġ is-Saints żammewh sat-tmiem.

B’hekk Manchester City tilfu żewġ logħbiet mill-aħħar tliet ħarġiet tagħhom, imma xorta għadhom komdi fit-tieni post tal-klassifika, 8 punti fuq l-eqreb rivali Leicester City.

 

F’logħbiet oħra:

Burnley  1-1  Sheffield United

Newcastle United  2-2  West Ham

 

Illejla tintlagħab logħba waħda:

21:00  Tottenham Hotspur – Everton

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Atalanta – PSG Fl-ewwel kwartifinali tal-UEFA Champions League, Atalanta ser jilagħbu kontra PSG f’eliminazzjoni diretta. Il-logħba ser tintlagħab fl-Estadio da Luz, f’Lisbona, il-Portugall. Atalanta deħlin għal dan il-konfront wara erba’…

Futbol internazzjonali

Shakhtar Donetsk tal-Ukrajna u Sevilla ta’ Spanja għamluha għas-semifinali tal-UEFA Europa League ta’ dan l-istaġun meta fil-kwarti tal-finali għelbu lil Basel tal-Iżvizzera u lil Wolves tal-Ingilterra, rispettivament. Shakhtar Donetsk rebħu…

Futbol internazzjonali

Villarreal iffirmaw lill-plejer Ġappuniż Takefusa Kubo b’self mingħand Real Madrid għall-istaġun li ġej. L-aħbar ikkonfermaha l-klabb stess. Kubo, ta’ 19-il sena, kellu wirjiet impressjonanti fil-bidu tal-istaġun li għadda ma’ Real…

Futbol internazzjonali

Il-winger ta’ Borussia Dortmund Jadon Sancho jinsab mal-iskwadra li marret fl-Iżvizzera għal training camp ta’ qabel ma jibda l-istaġun, bil-klabb li qal li l-plejer se jkun qed jibqa’ magħhom għax…

Aktar