Futbol internazzjonali
Premier League Ingliż: Manchester City, Arsenal u Tottenham jieħdu punt biss

Programm sħiħ ta’ partiti llum wara nofsinhar.

Draw ta’ 1-1 bejn Arsenal u Sheffield United. Martinelli fetaħ l-iskor eżatt qabel il-mistrieħ u John Fleck ġab il-gowl tad-draw fit-83 minuta.

Bl-istess skor spiċċat il-partita bejn West Ham u Everton. Diop fetaħ l-iskor għall-Hammers fl-40 minuta u Clavert Lewin ġab id-draw 4 minuta wara.

Manchester City u Crystal Palace spiċċaw fi draw ta’ 2-2. Tosun fetaħ l-iskor għall-Palace fid-39 minuta sakemm Aguero ġab id-draw fit-82 minuta u tefa’ lis-City fil-vantaġġ fid-87 minuta. Auto goal ta’ Fernandiho fil-ħin miżjud jagħmilhom 2-2.

Draw ta’ mingħajr gowls fil-partita li ntlagħbet iktar kmieni, id-derby ta’ Londra bejn Watford u Tottenham Hotspur.

Fil-partiti l-oħra li kellna matul il-ġurnata, draw ta’ 1-1 bejn Brighton u Aston Villa, Norwich jegħlbu lil Bournemouth bi skor ta’ 1-0, u Wolves barra minn darhom jegħlbu lil Southampton bi skor ta’ 3-2.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

SUPER CUP EWROPEA 2020 Bayern Munich….2 Sevilla……………….1 (wara l-ħin barrani) Bayern Munich rebħu s-Super Cup Ewropea meta fil-partita li tnlagħbet f’Budapest, fl-Ungerija, għelbu lil Sevilla bi skor ta’ 2-1, bil-gowl…

UEFA Europa League: 3 Round Floriana…………2 Flora Tallinn…..4 Floriana raw il-ħolma tagħhom li jsiru l-ewwel team Malti li jgħaddi għall-play-offs tal-UEFA Europa League tisfuma meta wara wirja qalbenija li rathom…

Zlatan Ibrahimovic hu l-aħħar vittma li ttesjta pożittiv għall-coronavirus. Ibrahimovic kellu bidu mill-aqwa għal Milan u skurja ż-żewġ gowls kontra Bologna fl-ewwel partita tas-Serie A. F’test li sar fuqu kontra…

Plejer tal-futbol fl-Estonja kiser rekord dinji hekk kif inbidel wara 13-il sekonda biss wara l-kick-off tal-partita. L-inċident seħħ lill-plejer ta’ 16-il sena Lauri Supp tat-tim ta’ Kalju li kienu qed…

Aktar