Futbol internazzjonali
Premier League Ingliż: Manchester City b’rebħa konvinċenti fl-Emirates Stadium kontra Arsenal

Premier League Ingliż: Tliet partiti oħra llum.

Fil-partita li ntlagħbet aktar tard illum, rebħa konvinċenti għal Manchester City li fl-Emirates Stadium għelbu lil Arsenal bi skor ta’ 3-0. De Bruyne fetaħ l-iskor għat-tim ta’ Guardiola wara żewġ minuti logħob u Raheem Sterling irdoppja fil-15-il minuta. De Bruyne għalaq kompletament il-partita fl-40 minuta bit-tielet gowl.

Draw ta’ 1-1 bejn Manchester United u Everton illum wara nofsinhar. Everton fil-vantaġġ b’auto goal ta’ Viktor Lindelof fis-36 minuta. Ir-Red Devils iġibu d-draw b’gowl ta’ Mason Greenwood fis-77 minuta.

U rebħa tajba għal Tottenham Hotspur barra minn darhom kontra Wolves bi skor ta’ 2-1. Tottenham fil-vantaġġ b’gowl ta’ Lucas Moura wara 8 minuti. Adama Traore ġab id-draw għal Wolves fis-67 minuta u Jan Vertonghen jiskurja l-gowl tar-rebħa fil-ħin miżjud.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

L-attakkant ta’ Porto Moussa Marega ħalla l-grawnd bi protesta wara korijiet razzisti fil-konfront tiegħu waqt il-logħba bejn Vitoria Guimaraes u Porto. L-attakkant ta’ 28 sena mill-Mali rnexxilu jiskorja t-tieni gowl…

Futbol internazzjonali

Tħabbret il-mewt ta’ Herry Gregg, l-ex gowlkiper Irlandiż ta’ Manchester United. Gregg baqa’ jissemma bħala wieħed mill-eroj tat-traġedja tal-ajru ta’ Munich li fiha kien involut it-tim ta’ Manchester United, lura…

Futbol internazzjonali

Manchester City ġew sospizi sentejn milli jikkompetu fil-kompetizzjonijiet Ewropej, UEFA Champions League u UEFA Europa League, għal ksur serju fir-regoli tal-financial fair play. Apparti din is-sospensjoni li tista tiġi appellata,…

Futbol internazzjonali

Tard ilbieraħ filgħaxija, il-President ta’ Juventus Andrea Agnelli u d-Direttur Ġenerali Fabio Paratici, sejħu lill-kowċ Maurizio Sarri biex miegħu jiddiskutu l-futur ta’ Juventus għal kumplament tal-istaġun. Jidher li din il-laqgħa…

Aktar