
Tottenham H. 1 Fulham 1
Tottenham Hotspur kienu miżmuma draw minn Fulham fid-derby ta’ Londra bl-iskor ta’ 1-1. L-Ispurs marru fil-vantaġġ fil-25 minuta b’gowl ta’ Harry Kane wara li rċieva mingħand Reguilon u baqgħu 1-0 sa tmiem l-ewwel taqsima. Fit-tieni taqsima l-Cottagers ġabu l-iskor indaqs fl-74 minuta permezz ta’ Cavaleiro b’assist ta’ Lookman.
Manchester City 1 Brighton & Hove Albion 0
Manchester City telgħu fit-tielet post tal-klassifika meta fl-Etihad Stadium għelbu lil Brighton 1-0. Il-gowl ta’ Phil Foden fl-44 minuta kien id-differenza f’dan il-konfront, biex City tefgħu aktar pressjoni fuq Liverpool meta jinsabu punt biss warajhom b’logħba inqas.
Illejla tintlagħab logħba waħda mill-Premier League Ingliż, meta fid-21:00 Arsenal jilagħbu kontra Crystal Palace fl-Emirates Stadium.