Futbol internazzjonali
Premier League Ingliż: “Manchester City għadhom l-aqwa tim fid-dinja” – Jurgen Klopp

Ftit sigħat qabel il-partita mistennija tal-lejla bejn Manchester City u Liverpool, Jurgen Klopp, Manager tar-Reds, qal li Manchester City għadhom l-aqwa tim fid-dinja.

Klopp qal dan minkejja li t-tim tiegħu Liverpool jinsab fl-ewwel post tal-klassifika tal-Premier League Ingliż.

Manchester City jilqgħu f’darhom lil Liverpool illejla, fid-21.00.

Klopp qal li tilgħab fl-Etihad Stadium hi waħda mill-iktar partiti diffiċli li tista’ tilgħab fil-futbol modern ta’ dawn l-aħħar snin.

“Irridu nkunu preparati fiżikament u mentalment għall-partita ta’ dan it-tip. Irridu nkunu kuraġġużi,” qal Klopp.

Manchester City ma jistgħux jiżbaljaw il-partita tal-lejla jekk iridu jżommu t-tama tagħhom għar-rebħ tal-kampjonat miftuħa, u fl-istess ħin ma jippermettux lil Liverpool ikomplu jsaħħu l-ewwel post.

Manchester City għamlu 100 punt fl-istaġun li għadda, iżda ilhom erba’ partiti ma jirbħu lil Liverpool li min-naħa tagħhom ilhom ma jirbħu l-Premier League Ingliż sa mill-istaġun 1989-90.

Miktub minn...
TVM Sport