Futbol internazzjonali
Premier League Ingliż: Manchester City jegħlbu lil Chelsea f’Londra; Manchester Utd jitilfu f’darhom kontra Aston Villa

Premier League: Diversi partiti li ntlagħbu llum wara nofsinhar.

Fil-partita tal-ġurnata li ntlagħbet kmieni fil-ġurnata, rebħa tajba ħafna għal Manchester City li barra minn darhom għelbu lil Chelsea bi skor ta’ 1-0. Il-gowl tal-partita jiskurjaħ Gabriel Jesus fit-53 minuta.

U fl-istess ħin, sorpriża kbira minn Aston Villa li f’Old Trafford għelbu lil Manchester United bi skor ta’ 1-0. Il-gowl jasal minn auto goal ta’ Bruno Fernandes fit-93 minuta.

Everton għelbu lil Norwich bi skor ta’ 2-0. Il-gowls jaslu minn penalty ta’ Townsend fid-29 minuta u Daocoure fis-77 minuta.

West Ham jegħlbu lil Leeds f’Elland Road bi skor ta’ 2-1. Leeds fil-vantaġġ b’gowl ta’ Raphina wara 19-il minuta logħob. West Ham iġibu d-draw minn auto goal ta’ Firpo fis-67 minuta. Michael Antonio jiskurja l-gowl tar-rebħa fid-90 minuta għall-Hammers.

Draw ta’ 2-2 bejn Leicester u Burnley. Burnley fil-vantaġġ b’auto goal ta’ Vardy fit-12-il minuta. Iżda Vardy ġab id-draw għall-Foxes fis-37 minuta. Cornet reġa’ skurja għal Burnley fl-40 minuta. Jamie Vardy jerġa jġib il-gowl tad-draw fil-85 minuta għall-Foxes.

Draw ta’ 1-1 bejn Watford u Newcastle. Il-Magpies fil-vantaġġ b’gowl ta’ Longstaff fit-23 minuta u Sarr ġab id-draw fit-72 minuta.

Miktub minn...
TVM Sport