
Futbol internazzjonali
Premier League Ingliż – Manchester UTD jirbħu lil Newcastle UTD f’Old Trafford
Manchester UTD 3-1 Newcastle UTD
Manchester United żammew it-tieni post fil-klassifika meta f’Old Trafford għelbu lil Newcastle United 3-1. Kien Marcus Rashford li fetaħ l-iskor għar-Red Devils man-nofs siegħa logħob, vantaġġ li żammewh għal sitt minuti biss għaliex Saint-Maximin ġab id-draw għat-Toons fis-36 minuta.
Sa tmiem l-ewwel taqsima l-iskor kien 1-1, imma fis-57 minuta Manchester United għal darb’oħra fil-vantaġġ bil-gowl ta’ James, sakemm Bruno Fernandes mill-11-il metru skorja t-tielet fis-75 minuta u għalaq il-logħba.
Illejla tintlagħab logħba waħda mill-Premier League Ingliż, meta fid-21:00, Brighton & Hove Albion jilagħbu kontra Crystal Palace.