Futbol internazzjonali
Premier League Ingliż: Norwich isiru l-ewwel tim relegat

Norwich City saru l-ewwel tim tal-Premier League Ingliż li ġie relegat wara li lbieraħ tilfu f’darhom kontra West Ham bi skor ta’ 4-0.

Il-gowls tal-Hammers waslu kollha minn Michail Antonio.

Din kienet is-seba’ telfa konsekuttiva għal Norwich li issa jinsabu 13-il punt bogħod mis-salvazzjoni bi tliet partiti li jonqoshom jilagħbu.

Fil-partiti l-oħra li ntlagħbu lbieraħ, Liverpool ġew draw ta’ 1-1 f’darhom kontra Burnley. Din kienet l-ewwel darba f’dan l-istaġun li r-Rfeds ma rebħux f’Anfield.

Fil-partiti l-oħra, Manchester City rebħu 5-0 barra minn darhom għand Brighton.

Sheffield Utd għelbu f’darhom lil Chelsea bi skor ta’ 3-0.

Watford għelbu f’darhom bi skor ta’ 2-1 lil Newcastle.

Miktub minn...
TVM Sport