Futbol internazzjonali
Premier League Ingliż: Punt kull wieħed għal Chelsea u Tottenham; Man Utd jirkupraw żewġ gowls minn taħt u jirbħu

Erba’ partiti llum mill-Premier League Ingliż li tieta minnhom diġà ntlagħbu.

Fil-partita li ntemmet ftit tal-ħin ilu bejn iż-żewġ timijiet ta’ Londra fi Stamford Bridge, draw ta’ mingħajr gowls bejn Chelsea u Tottenham.

Iktar kmieni, Manchester United idawru żewġ gowls minn taħt u jirbħu għand Southampton bi skor ta’ 3-2. Southampton żewġ gowls vantaġġ skurjati minn Bednarek wara 23 minuta u Ward-Prowse fit-33 minuta. Ir-Red Devils jiskurjaw minn Bruno Fernandes fid-59 minuta, Edison Cavani jġib id-draw fl-74 minuta u l-istess attakkant tal-Urugway irebbaħ il-partita lit-tiem tiegħu b’gowl ieħor fil-ħin miżjud.

Intant, illejla, partita oħra f’Londra li tibda fit-8:15pm, Arsenal jilqgħu f’darhom lil Wolves.

Tard ilbieraħ filgħaxija, West Brom għelbu f’darhom lil Sheffield United bi skor ta’ 1-0.

Miktub minn...
TVM Sport