Futbol internazzjonali
Premier League Ingliż – Rebħa komda għal Leeds UTD fuq Southampton f’Elland Road

Leeds UTD  3-0  Southampton

Tliet gowls fit-tieni taqsima taw rebħa lil Leeds United f’Elland Road meta laqgħu lil Southampton. Leeds marru fil-vantaġġ fis-47 minuta b’gowl ta’ Bamford, b’Dallas jiskorja t-tieni fit-78 minuta. Raphinha għalaq il-logħba fl-84 minuta bit-tielet gowl favur Leeds United.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA