
Fulham 1 Manchester United 2
Manchester United lura fil-quċċata tal-klassifika meta fi Craven Cottage għelbu lil Fulham 2-1. Kienu l-Cottagers li marru fil-vantaġġ wara biss ħames minuta permezz ta’ Lookman, imma r-Red Devils ġabu d-draw fil-21 minuta permezz ta’ Cavani.
Manchester UTD fil-vantaġġ għall-ewwel darba fil-65 minuta permezz ta’ Pogba, vantaġġ li żammewh sat-tmiem biex ħadu t-tliet punti li tellgħuhom fuq nett tal-klassifika.
Manchester City 2 Aston Villa 0
Manchester City fit-tieni post tal-klassifika wara li b’żewġ gowls fl-aħħar 11-il minuta tal-logħba rebħu kontra Aston Villa. Bernardo Silva fetaħ l-iskor fid-79 minuta u Ikay Gundogan għamilhom 2-0 mill-11-il metru fid-90 minuta.
Illejla tintlagħab logħba waħda mill-Premier League Ingliż, fid-21:00, Liverpool jilqgħu lil Burnley f’Anfield.