Futbol internazzjonali
Premier League Ingliż: Sheffield Utd jirbħu l-ewwel logħba fil-Premier wara 12 -il sena

Premier League Ingliż 2019/20

Futbol internazzjonali: Premier League Ingliż, wara nuqqas ta’ 12 -il sena mill-ogħla diviżjoni fl-Ingilterra Sheffield United rebħu f’darhom fi Bramall Lane fil-Premier League Ingliż hekk kif il-Blades rebħu 1-0 kontra Crystal Palace u issa għandhom erba’ punti fil-klassifika. Fl-ewwel logħba tal-istaġun il-ġimgħa l-oħra kienu ġew draw 1-1 kontra Bournmouth. Il-goal tar-rebħa ta’ Sheffield United tal-lum kontra l-Palace skorjaħ John Lundstram fis-47 minuta.

U fil-logħba ta’ tard waranofsinhar Chelsea ġew miżmuma fi draw ta’ 1-1 minn Leicester fi Stamford Bridge. Kienu Chelsea li marru minn fuq b’goal ta’ Mason Mount wara seba’ minuti logħob.
Chelsea naqqsu ħafna mill-andament tal-logħba u bdew isofru l-inizjattiva ta’ Leicester li fit-tieni taqsima ġabu l-goal tad-draw fis-67minuta minn Wilfred Ndidi. Din tal-lum kienet l-ewwel logħba tal-kowċ ta’ Chelsea Frank Lampard fi Stamford Bridge quddiem il-partitarji tal-Blues. Chelsea għandhom ma’ ħadux rebħa sa issa dan l-istaġun għaliex fl-ewwel logħba kienu tilfu 4-0 kontra Manchester United.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-captain ta’ Barcelona, Lionel Messi, huwa mistenni li jagħmel ir-ritorn tiegħu fit-tim Katalan fil-logħba tal-lejla kontra Borussia Dortmund. Messi għadu ma lagħabx logħba waħda ma’ Barcelona f’dan l-istaġun wara li…

Futbol internazzjonali

Torino 1  Lecce 2 Lecce ħadu l-ewwel rebħa tagħhom fis-Serie A f’dan l-istaġun meta marru għand Torino u rebħulhom bl-iskor ta’ 2-1. Kien Farias li fil-35 minuta poġġa lil Lecce…

Futbol internazzjonali

Il-Pulizija arrestaw 10 partitarji Ultras ta’ Juventus fuq suspetti li ppruvaw jordnaw lill-klabb Taljan biex jagħtihom biljetti b’xejn biex ibiegħhuhom f’kuntrabandu. Dan il-każ qed ikun meqjus bħala daqqa ta’ ħarta…

Futbol internazzjonali

Luciano Passirani, il-kummentatur u ġurnalist fuq l-istazzjon Top Calcio 24, tkeċċa minħabba kummenti razzisti li għadda s-Sibt filgħaxija wara l-partita li fiha Inter għelbu lil Udinese bi skor ta’ 1-0….

Aktar