Futbol internazzjonali
Premier League Ingliż: Sitta u tidwira minn Manchester City kontra Chelsea
Manchester City kellhom rebħa kbira ta’ 6-0 kontra Chelsea fit-tieni partita mill-Premier League Ingliż tal-lum wara nofsinhar.
Is-City ddominaw tul il-partita kollha u skurjaw wara erba’ minuti b’gowl ta’ Sterling. Sergio Aguero rdoppja fit-13-il minuta u għamilhom tlieta fid-19-il minuta. L-iskor sar 4-0 fil-25 minuta b’gowl ieħor ta’ Gundogan.
Fit-tieni taqsima, it-tim ta’ Guardiola skurja tnejn oħra minn Sergio Ahuero u gowl ieħor ta’ Sterling.
Fl-ewwel partita, Tottenham Hotspurs għelbu lil Leicester City bi skor ta’ 3-1. Sanchez fetaħ l-iskor fit-33 minuta għal Tottenham u Leicester kellhom ċans iġibu l-gowl tad-draw iżda Vardy ra l-penalty tiegħu salvat minn Lloris fil-bidu tat-tieni taqsima biex ftit minuti wara, Tottenham irduppjaw b’gowl ta’ Eriksen fit-63 minuta. Kwarta mit-tmiem, Vardy jerġa’ jdaħħal lil Leicester fil-partita iżda mad-90 minuta Min-Son issiġilla r-rebħa għat-tim tiegħu.
Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Riżultati Serie A it-33 ġurnata: Parma 1 – 1 Milan Bologna 3 – 0 Sampdoria Cagliari 1 – 0 Frosinone Empoli 2 – 4 SPAL Genoa 0 – 1 Torino…

Futbol internazzjonali

Football Internazzjonali: Mill-Premier League Ingliż Manchester City jirbħu 1-0 kontra t-team li eliminhom mill-UEFA Champions League: Tottenham Hotspur. Fl-Etihad Stadium kien Philip Foden li beda l-logħba mal-ewwel ħdax li skorja…

Futbol internazzjonali

Illejla, Juventus jistgħu jsiru ċampjins fl-Italja għat-tmien staġun konsekuttiv meta fl-Allianz Stadium jilqgħu lill-Fiorentina. Dan ser ikun il-35 Scudetto li l-bianconeri ser ikunu rebħu fl-istorja tagħhom, u wara t-telfa kontra…

Futbol internazzjonali

Chelsea, Arsenal, Valencia u Eintracht Frankfurt huma t-timijiet li se jkunu qed jilagħbu fis-semifinali tal-UEFA Europa League. Fil-partiti mit-tieni legs tal-kwarti tal-finali, huma rnexxielhom jikkwalifikaw għall-ispejjeż ta’ Sparta Prague, Napoli,…

Aktar