Futbol internazzjonali
Premier League Ingliż: Telfa xejn mistennija għal Manchester Utd; Liverpool jegħlbu lil Southampton

Premier League Ingliż: Tliet partiti oħra llum mis-27 ġurnata tal-Kampjonat.

Telfa xejn mistennija għal Manchester United li barra minn darhom kontra Newcastle, f’St James Park, tilfu bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl tar-rebħa għal Newcastle jiskurjah Matt Ritchie fil-65 minuta.

Rebħa ta’ 2-0 għal Liverpool barra minn darhom kontra Southampton. Roberto Firmino fetaħ l-iskor wara 6 minuti logħob u Mohammed Salah għalaq il-konfront qabel il-mistrieħ.

Fl-ewwel partita li ntlagħbet fis-1.00pm, rebħa importanti għal Huddersfield Town li f’darhom għelbu lil Bournemouth bi skor ta’ 4-1. Pritchard fetaħ l-iskor għal Huddersfield wara 7 minuti logħob u Stanislas ġab id-draw fl-14-il minuta. Mounie reġa tefa’ lil Huddersfield fil-vantaġġ fis-27 minuta. Fit-tieni taqsima, Huddersfield żiedu żewġ gowls oħra. Reġa kien Mounie li għamilhom 3-1 fis-66 minuta u La Parra skurja r-raba’ gowl minn penalty fid-90 minuta.

Għada t-Tnejn fid-21.00, fi Stambford Bridge, Chelsea jilqgħu f’darhom lil West Brom.

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Real Madrid mistennija jaħtru lil Santiago Solari bħala l-kowċ il-ġdid tagħhom. L-Assoċjazzjoni Spanjola qalet li kienet irċiviet il-kuntratt ta’ Solari mil-La Liga, iżda ma kien hemm l-ebda stqarrija uffiċjali tal-klabb…

Futbol internazzjonali

Jekk il-karriera ta’ futboler kienet brillanti għall-Franċiż Thierry Henry, mhux l-istess jista’ jingħad għal dik ta’ kowċ, meta lbieraħ filgħaxija Monaco dabbru erbgħa mingħand PSG f’telfa ta’ 4-0. Din kienet…

Futbol internazzjonali

F’San Siro lbieraħ filgħaxija, Juventus baqgħu għaddejjin bil-forma eċċezzjonali tagħhom fis-Serie A meta marru għand Milan u rebħulhom bl-iskor ta’ 2-0. Kien Mandzukic li fetaħ l-iskor mat-8 minuta, b’Milan ikollhom…

Futbol internazzjonali

SERIE A 2018/19 Riżultati tal-Ħadd Atalanta 4 – 1 Inter Chievo 2 – 2 Bologna Roma 4 – 1 Sampdoria Empoli 2 – 1 Udinese Sassuolo 1 – 1 Lazio

Aktar