Futbol internazzjonali
Premier League Ingliż: West Brom jegħlbu lil Wolves, Brighton lil Leeds u West Ham lil Burnley

Fis-1.30pm ta’ wara nofsinhar, rebħa sorpriża għal West Brom li barra minn darhom għelbu lil Wolves bi skor ta’ 3-2. Perreira jitfa’ lil West Brom fil-vantaġġ minn penalty fit-8 minuta. Fabio Silva jġib id-draw fit-38 minuta. Willy Boly tefa’ lil Wolves fil-vantaġġ eżatt qabel il-mistrieħ. Fit-tieni taqsima, WBA idawru r-riżultat, Ajayi jagħmel l-iskor indaqs fit-52 minuta u Mattheus Perreira minn penalty jiskurja t-tielet gowl ta’ WBA għal riżultat finali ta’ 3-2.

Brighton jegħlbu barra minn darhom f’Elland Road lil Leeds Unitd bi skor ta’ 1-0. Il-gowl jiskurjaħ Neal Maupay fis-17-il minuta.

West Ham f’darhom għelbu lil Burnley bi skor ta’ 1-0. Il-gowl tal-partita jiskurjaħ Michael Antonio fid-9 minuta.

Miktub minn...
TVM Sport