Futbol internazzjonali
Premier League Ingliż: L-ewwel rebħa fil-kampjonat għal Chelsea u Manchester Utd jitilfu kontra Crystal Palace

Premier League Ingliż 2019/2020

Il-Ġimgħa filgħaxija Aston Villa 2 – 0 Everton. Hawn skorers għat-team tal-coach Dean Smith kienu Wesley fit-22minuta u Anwar El Ghaz ftit qabel it-tisfira finali.

Is-Sibt intant tasal l-ewwel rebħa fl-era tal-kowċ Frank Lampar ma’ Chelsea hekk kif il-blues jirbħu f’Carrow Road għand Norwich City 2 – 3 Chelsea.
Tammy Abraham poġġa lil Blues fil-vantaġġ kmieni fil-logħba wara 3 minuti, Todd Cantwell ġab id-draw 1-1 mill-ewwel għal Norwich. Mason Mount jerġa’ jpoġġi lil Blues 2-1 minn fuq. F’logħba mimlija goals kienu Norwich li reġgħu skorjaw permezz ta’ Teemu Pukki għal 2-2, b’Tammy Abraham finalment ikun li jiskorja l-goal tar-rebħa għal Chelsea.

Manchester United mgħeluba f’Old Trafford minn Crystal Palace 2-1 hekk kif il-Palace marru fil-vantaġġ permezz ta’ Jordan Ayew fit-32minuta. Ir-Red Devils fallew penalty minn Marcus Rashford meta laqat il-lasta sabiex wara ħafna tenattivi. Man Utd xorta ġabu d-draw b’goal ta’ Daniel James minuta qabel tmiem il-ħin regolamentari. Crystal Palace ittantaw xortihom b’xutt ta’ Patrick Van Aanholt fil-ħin addizzjonali xutt li ħasad lil De Gea li kien mgħelub fuq l-ewwel lasta għal 2-1.

Riżultati oħra tas-Sibt

Brighton & Hove Albion 0 – 2 Southampton

Sheffield United 1 – 2 Leicester City

Watford 1 – 3 West Ham United

Liverpool 3 – 1 Arsenal

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Chelsea 2   Arsenal 2 Id-derby ta’ Londra fi Stamford Bridge laħaq l-aspettattiva li wieħed jistenna minn derby ta’ dan il-kalibru, bil-Blues u l-Gunners jieħdu punt kull wieħed fi draw ta’…

Futbol internazzjonali

Napoli 1   Lazio 0 Eliminazzjoni sorpriża għal Lazio meta fis-San Paolo tilfu kontra Napoli bl-iskor ta’ 1-0. B’din it-telfa Lazio naqsu milli jkomplu jiddefendu t-titlu li rebħu fl-istaġun li għadda….

Futbol internazzjonali

It-Tlieta filgħaxija jintlagħab programm ta’ logħob mill-Kampjonat Premier Ingliż, b’diversi konfronti li jafu jċaqilqu l-klassifika. Watford iridu jibqgħu jibnu fuq l-aħħar wirjiet tagħhom, b’Manchester City iridu jinsew id-diżappunt tal-aħħar logħba…

Futbol internazzjonali

Coppa Italia Bejn it-Tlieta u l-Erbgħa filgħaxija jintlagħbu l-ewwel żewġ kwartifinali mill-Coppa Italia. Fl-azzjoni erba’ timijiet mis-Serie A, bil-logħba tat-Tlieta tlaqqa’ lil Napoli u Lazio fis-San Paolo. Napoli jridu jippruvaw…

Aktar