Futbol internazzjonali
ARA: Premier League: Liverpool jirbħu lil Chelsea fl-istess lejla li kienu nkurunati champions

Liverpool 5   Chelsea 3

Liverpool temmew il-logħob tagħhom f’Anfield f’dan l-istaġun bl-aħjar mod possibbli meta laqgħu lil Chelsea u rebħulhom 5-3. F’logħba li provdiet tmien gowls kienu Liverpool li fetħu tliet gowls vantaġġ b’Keita jiskorja fit-23 minuta, Alexander-Arnold għamilhom 2-0 fit-38 minuta u Wijnaldum skorja t-tielet fit-43 minuta. Mount kellu gowl imħassar għal Chelsea fit-33 minuta b’deċiżjoni tal-VAR. Mat-tielet minuta fuq il-ħin regolamentari tal-ewwel taqsima Giroud naqqas id-distakk għall-Blues biex daħlu jistrieħu 3-1.

Mal-55 minuta Liverpool skurjaw ir-raba’ permezz ta’ Firmino, b’Chelsea jerġgħu jnaqqsu d-distakk b’gowl ta’ Abraham fil-61 minuta. Pulisic għamilhom 4-3 fit-73 minuta u b’kontrattakk Liverpool skurjaw il-ħames permezz t’Oxlade-Chamberlain fl-84 minuta.

Wara l-logħba Liverpool ġew ippreżentati bil-midalji u t-tazza ta’ champions fl-Ingilterra, xena li kienet ilha ma tidher f’Anfield għal 30 sena. Ir-Reds rebħu d-dsatax-il kampjonat fl-istorja tagħhom meta kien fadal seba’ logħbiet x’jintlagħbu.

 

Manchester UTD 1   West Ham 1

Draw f’Old Trafford bejn Manchester United u West Ham biex issa kollox jiddependi mill-aħħar ġurnata tal-istaġun biex ir-Red Devils ikunu jafu f’liema kompetizzjoni Ewropea ser jieħdu sehem fl-istaġun li ġej. Kienu l-Hammers li daħlu jistrieħu 1-0 minn fuq b’gowl minn penalty t’Antonio mat-tieni minuta fuq il-ħin regolamentari tal-ewwel taqsima. Fil-51 minuta Manchester UTD ġabu d-draw b’gowl ta’ Greenwood.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Wirja kbira minn Bayern Munich ġabet fix-xejn lil Barcelona u forsi temmet erà ta’ tim kbir mimli plejers ta’ klassi li rajna għal dawn l-aħħar snin. Bayern Munich iddominaw il-partita…

Futbol internazzjonali

L-Olandiża Sarina Wiegman se tinħatar kowċ nazzjonali tal-Ingilterra. Wiegman se tkun qed tibdel lil Phil Neville li kkowċja lit-tim nazzjonali Ingliż f’dawn l-aħħar snin. Wiegman se tkun qed tiffirma għall-erba’…

Futbol internazzjonali

Il-winger Brażiljan Willian, sar uffiċjalment plejer ta’ Arsenal. Willian iffirma kuntratt ta’ tliet snin mal-klabb ta’ Londra. Ta’ 32 sena, Willian ingħaqad mal-Gunners fuq free transfer wara li naqas li…

Futbol internazzjonali

Il-ħolma li xi darba ż-żewġ stilel kbar tal-futbol jilagħbu flimkien fl-istess tim, spiċċat qabel ma biss kienet bdiet. Ftit tal-jiem ilu bdew iduru spekulazzjonijiet li Barcelona kienu interessati jakkwistaw lil…

Aktar