Futbol internazzjonali
Premier League: Liverpool jirbħu t-30 logħba tal-istaġun, Manchester City ixejnu lil Newcastle

Brighton & Hove Albion 1   Liverpool 3

Rebħa oħra għar-Reds ta’ Jurgen Klopp, din id-darba kontra Brighton & Hove Albion biex ħadu t-tletin rebħa tal-istaġun minn 34 logħba. Liverpool fetħu tajjeb ħafna tant li mas-6 minuta Salah fetaħ l-iskor u żewġ minuti wara Henderson irdoppja. Eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima Trossard naqqas id-distakk għal Brighton.

Fit-tieni taqsima l-istorja baqgħet l-istess, tant li Salah għalaq il-logħba fis-76 minuta biex skorja t-tieni għalih u t-tielet għar-Reds. B’dan il-gowl Salah sar ir-raba’ l-aktar plejer li skorja gowls u pprovda assists għat-tim, meta għaqqad il-100. S’issa, fl-istorja tal-klabb, huwa Steven Gerrard li għandu l-aktar gowls u assists – 212, segwit minn Robbie Fowler b’158 u Michael Owen b’148.

B’din ir-rebħa Liverpool issa għandhom 92 punt filwaqt li Brighton jinsabu fil-15-il post tal-klassifika b’36 punt.

 

Manchester City 5   Newcastle United 0

Goleada minn Manchester City fl-Etihad Stadium meta laqgħu lil Newcastle United u tawhom ħamsa. L-ebda risposta min-naħa tat-Toons li bħal donnhom kienu xxukkjati bis-superjorità tas-City. L-ewwel gowl wasal minn Gabriel Jesus fl-10 minuta, u Mahrez irdoppja fil-21 biex sal-mistrieħ kienu 2-0 minn fuq.

Fit-58 minuta Fernandez għen lill-avversarji billi tefa’ fix-xibka tiegħu stess u għamel l-iskor 3-0, filwaqt li fil-65 minuta Silva skorja r-raba. Raheem Sterling għalaq il-logħba bil-ħames gowl mal-ewwel minuta fuq il-ħin regolamentari. B’din it-telfa Newcastle baqgħu fit-13-il post tal-klassifika, moħħhom mistrieħ li mhux ser jiġu relegati, filwaqt li s-City issa għandhom 69 punt.

 

Sheffield United 1   Wolves 0

Sheffield United ħadu t-tliet punti fl-aħħar sekondi tal-logħba meta Egan skorja l-gowl tar-rebħa fit-tielet minuta fuq il-ħin regolamentari. Dan kienu l-uniku gowl tal-logħba bejn Sheffield United u Wolves, biex b’hekk Sheffield telgħu punt biss taħt Wolves fil-klassifika.

 

West Ham 0   Burnley 1

West Ham baqgħu jissieltu mar-relegazzjoni meta laqgħu għandhom lil Burnley u tilfu 1-0. Il-gowl ta’ Rodriguez wasal fit-38 minuta u l-Clarets kellhom gowl imħassar fis-77 minuta biex naqsu milli jirduppjaw. Dan ir-riżultat ħalla lill-Hammers fis-16-il post tal-klassifika b’31 punt, 4 punti biss aktar mit-timijiet li jinsabu fiż-żona tar-relegazzjoni. Għal Burnley tkompli l-mixja pożittiva wara l-waqfa minħabba l-pandemija għaliex fl-aħħar 4 logħbiet irnexxilhom jiġbru 10 punti minn possibilment 12.

 

Illejla jintlagħbu tliet logħbiet mill-Kampjonat Premier Ingliż:

19:00 Bournemouth – Tottenham H.

19:00 Everton – Southampton

21:15 Aston Villa – Manchester UTD

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-winger ta’ Borussia Dortmund Jadon Sancho ftiehem ma’ Manchester United dwar il-paga li ser jaqla’ f’Old Trafford. Iż-żagħżugħ t’20 sena għamilha ċara ma’ Dortmund li jixtieq jirritorna l-Ingilterra matul dan…

Futbol internazzjonali

Wara tant stennija, u wara li l-kampjonati domestiċi madwar l-Ewropa twasslu għat-tmiem tagħhom ħafna iktar tard mis-soltu, din il-ġimgħa sa fl-aħħar jirritornaw il-kompetizzjonijiet tal-UEFA għall-clubs li kien ilhom sospiżi minn…

Futbol internazzjonali

Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Football, il-FIFA, iddeskriviet id-deċiżjoni tal-awtoritarjiet Żvizzeri li jiftħu proċeduri kriminali kontra l-President Gianni Infantino bħala assurda. Il-każ huwa dwar laqgħat li Infantino kellu mal-Avukat Ġenerali Żvizzeru Michael Lauber….

Futbol internazzjonali

Lecce 3   Parma 4 Lecce tilfu l-aħħar logħba tagħhom fis-Serie A meta laqgħu għandhom lil Parma u tilfu 4-3. Parma fetħu żewġ gowls vantaġġ qabel in-nofs siegħa logħob meta l-ewwel…

Aktar