Futbol internazzjonali
Premier League: Tottenham jirbħu d-derby ta’ Londra, nifs għal Bournemouth u Aston Villa

Tottenham H. 2   Arsenal 1

Tottenham Hotspur rebħu d-derby ta’ Londra meta laqgħu għandhom lil Arsneal u rebħulhom 2-1. Kienu l-Gunners l-ewwel li fetħu l-iskor meta Lacazette sab ix-xibka fis-16-il minuta. Il-vantaġġ gawdewh biss għal 3 minuti għaliex Son ġab id-draw għall-Ispurs u hekk baqgħu sa tmiem l-ewwel taqsima.

Kien ftit minuti qabel tmiem il-logħba li Tottenham ħadu t-tliet punti meta Alderweireld skorja l-gowl tar-rebħa fil-81 minuta biex b’hekk l-Ispurs qabżu lill-istess Arsenal fil-klassifika u telgħu bi 52 punt fit-8 post, filwaqt li Arsenal jinsabu fid-9 post b’50 punt.

 

Bournemouth 4   Leicester City 1

Rebħa importantissima għal Bournemoouth fil-ġlieda kontra r-relegazzjoni għaliex għalkemm baqgħu t-tielet mill-aħħar, jinsabu biss 3 punti ‘l bogħod mis-salvazzjoni meta fadal 9 punti x’jintrebħu. Għat-tim ta’ Brendan Rodgers it-tama hi li l-istaġun jispiċċa ma jdumx għaliex wara t-tkomplija mill-waqfa tal-pandemija, il-Foxes ma nġabrux u mhux biss tilfu punt wieħed wara l-ieħor, imma probabbli qas jikkompetu fiċ-Champions League fl-istaġun li ġej.

Kienu Leicester li fetħu l-iskor fit-23 minuta permezz ta’ Vardy u sal-mistrieħ kienu 1-0. Imma fis-66 minuta Stanislas mill-11-il metru ġab id-draw għal Bournemouth u minuta wara Solanke poġġihom minn fuq. Is-sitwazzjoni kompliet tiġi ħażina għal Leicester meta Soyuncu tkeċċa b’karta ħamra diretta fis-67 minuta u Evans tefa’ fix-xibka tiegħu stess fit-83 minuta u għamilhom 3-1. Solanke għalaq il-logħba favur Bournemouth fis-87 minuta għal 4-1.

 

F’logħbiet oħra li ntlagħbu l-Ħadd:

Aston Villa  2-0  Crystal Palace

Wolves  3-0  Everton

 

Illejla tintlagħab logħba waħda fid-21:00 bejn Manchester United u Southampton f’Old Trafford.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Leipzig tal-Ġermanja għelbu lil Atletico Madrid ta’ Spanja fit-tieni kwarti tal-finali tal-UEFA Champions League u kkwalifikaw għas-semifinali. Leipzig fetħu l-iskor fil-50 minuta minn gowl ta’ Daniel Olmo. Madankollu l-Ispanjoli għamlu…

Futbol internazzjonali

Barcelona ħabbru li plejer tagħhom instab pożittiv għall-coronavirus. Barcelona ingħataw din l-aħbar ftit qabel ma l-kontinġent ħalla Spanja lejn Lisbona għall-partita ta’ għada kontra Bayern Munich. Barcelona qalu li l-plejer…

Futbol internazzjonali

Il-belt kapitali tal-Portugall, Lisbona, poġġiet trofew kbir fiċ-ċentru bħala tifkira tat-tournament li għaddej bħalissa ‘il-final eight’ tal-UEFA Champions League. Lisbona qed tirreklema dan it-tournament u tippromwovih f’kampanja favur it-turiżmu. L-aqwa…

Futbol internazzjonali

UEFA Champions League – Kwartifinali RB Leipzig – Atlético Madrid Fit-tieni kwartifinali taċ-Champions League, il-Ġermaniżi jiltaqgħu kontra l-Ispanjoli f’konfront li mistenni jkun jaħraq. Leipzig waslu s’hawn wara li eliminaw lil…

Aktar