Futbol lokali
Pressjoni mill-klabbs biex il-logħob tal-futbol u l-futsal jiġi pospost u mhux jintlagħab bil-bibien magħluqa

Wara l-komunikat mill-MFA li l-logħob tal-futbol u tal-futsal ta’ kull diviżjoni ser jintlagħab bil-bibien magħluqa, kienu diversi l-klabbs li kkomunikaw mal-Assoċjazzjoni sabiex jitfgħu pressjoni ħalli l-logħob jiġi pospost. F’diversi korrispondenzi, uffiċjali tal-klabbs qegħdin juru d-diżapprovazzjoni tagħhom li l-logħob jintlagħab xorta waħda, iżda bil-bibien magħluqa. Fost ir-raġunijiet li qegħdin jissemmew hemm il-fatt li l-Kit Manager xorta waħda jrid jaħsel il-gearijiet wara li tintemm il-logħba, kif ukoll li l-plejers jinħaslu ġol-istess dressing room x’ħin jispiċċa l-konfront.

Uffiċjali oħra lmentaw li l-istadiums mhumiex attrezzati biżżejjed sabiex il-logħob ikun jista’ jintlagħab xorta waħda, b’xi klabbs qegħdin jikkunsidraw li anke jwaqqfu t-taħriġ tal-plejers.

Huwa mistenni li fil-ħin li ġej il-Malta Football Players’ Association toħroġ stqarrija sabiex il-plejers la jattendu għat-taħriġ u lanqas għal-logħbiet tal-klabbs rispettivi tagħhom sakemm jinħareġ komunikat ieħor.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Hekk kif fil-preżent il-kampjonati f’Malta jinsabu wieqfa, huma ħafna dawk li ma jafux x’se jkun id-destin tal-klabbs lokali u x’se jiġri mill-istaġun li ġej. F’dawn il-jiem, beda jiltaqa’ l-Kumitat tas-Social…

Futbol lokali

Il-President tal-MFA Bjorn Vassallo qal li ma jiddependix mill-assoċjazzjoni x’jiġri jekk il-Kampjonat BOV Premier jitwaqqaf fejn hu u ma jitkomplix, iżda trid tkun il-UEFA li taghti d-direzzjoni. Bjorn Vassallo llum…

Futbol lokali

Il-Malta Football Association bdiet tgħin ukoll fil-kawża ta’ kontra l-coronavirus. L-MFA qed twassal messaġġ ta’ solidarjetà, rispett reċiproku u għaqda. Fi stqarrija fuq is-sit uffiċjali tagħha, l-MFA qalet li tinsab…

Futbol lokali

Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Malta Football Association, il-President tal-MFA Bjorn Vassallo ikkomunika l-aħħar direzzjoni li l-assoċjazzjonijiet tal-football ewropej ingħataw mill-UEFA kif ukoll uffiċjaliżża l-aħħar deċiżjonijiet li ttieħdu…

Aktar