Futbol lokali
Preżentati l-unuri individwali għall-istaġun 2020/21

Il-midfielder ta’ Ħamrun Spartans Matthew Guillaumier ġie magħżul bħala l-Player tas-Sena 2020/21. Din hija l-ewwel darba li Guillaumier rebaħ dan l-unur prestiġjuż fejn huwa kien strumentali fir-rebħ tal-Kampjonat mill-Ispartans wara assenza ta’ tletin sena.

Kif kien mistenni Ħamrun kienu l-protagonisti ewlenin f’din iċ-ċerimonja fejn rebħa xejn anqas minn tlett unuri. Mark Buttigieg ġie magħżul bħala l-kowċ tas-sena filwaqt li Jorge Ailton Soares l-aqwa player barrani.

L-unuri kienu preżentati waqt il-Laqgħa Ġenerali Anwwali tal-istess assoċjazzjoni li nżammet l-Erbgħa filgħaxija.

Ir-rebbieħa kollha tal-unuri huma dawn:-

BOV Player tas-Sena: Matthew Guillaumier (Ħamrun Spartans).
BOV Premier Kowċ tas-Sena: Mark Buttigieg (Ħamrun Spartans).
BOV Player barrani tas-Sena: Jorge Ailton Soares (Ħamrun Spartans).
Żgħażugħ tas-Sena: Alexander Satariano (Sliema Wanderers).
L-Aqwa Skorer BOV Premier League : Kevin Ante Rosero (Sta Lucia FC).
L-Aqwa Player National Amateur League: Nicholas Schembri (Attard FC).
Player tas-Sena tal-Futsal : Eduardo Garcia Riano (Swieqi United FC)
L-Aqwa Skorer BOV National League Grupp A: Jamie Lee Micallef (Mġarr United).
L-Aqwa Skorer BOV National League Grupp B: Timothy Thomas (San Ġwann).
L-Aqwa Skorer BOV National League Grupp C: Nicholas Schembri (Attard FC).

 

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League