Futbol internazzjonali
Problema teknika fil-konferenza ta’ Mourinho, iqum u joħroġ mill-kamra

Wara l-partita tal-bieraħ kontra Bournemouth, Jose Mourinho, manager ta’ Tottenham niżel għall-konferenza tal-aħbarijiet ta’ wara l-partita iżda din ma damitx wisq.

Jidher li waqt il-konferenza żviluppat ħsara teknika fis-sound, tant li l-manager Portugiż ma seta’ jisma’ xejn x’kien qed jiġi mistoqsi u wara ftit sekondi neħħa l-headphones u telaq ‘il barra mill-kamra.

Sezzjoni tal-media fl-Ingilterra qed tinterpreta dan il-każ bħala mod pulit kif Mourinho ma riedx jirrispondi għad-disfatta li reġa’ ma rebaħx kontra wieħed mit-timijiet ta’ qiegħ il-klassifika.

Rebħa lbieraħ kienet ittella’ lil Tottenha Hotspur fis-seba’ post tal-klassifika.

Miktub minn...
TVM Sport