International Sports
Programmi speċjali ta’ TVMSport kuljum
Illejla Euroleagues fid-20:45 fuq TVM2: għada intervista mas-segretarju parlamentari Clifton Grima

TVMSport ikompli bl-iskeda speċjali ta’ programi li qed iwassal f’dawn il-jiem partikolari neqsin minn attivitajiet sportivi lokali u internazzjonali.

Illejla fid-20:45 fuq TVM2: Euroleagues: b’ħarsa differenti lejn il-kampjonati u l-kompetizzjonijiet Ewropej ewlenin: pereżempju l-iktar goals veloċi qatt skurjati fil-Premier League Ingliż, u l-istorja tal-vjaġġ ta’ Antonio Conte minn Juventus għal Inter, l-ikbar rivali fis-Serie A Taljana. Servizzi oħra jeħduna lura għall-El Clasico tal-istaġun 2006-07 tal-Liga Spanjola b’tant uċuħ familjari bil-flokkjijet ta’ Real Madrid u Barcelona: u għal mumenti komiċi partikolari fil-football

Dil-ġimgħa wkoll: għada: intervista esklussiva mas-segretarju parlamentari Clifton Grima… il-Ħamis: partiti klassiċi mill-UEFA Europa League… il-Ġimgħa: sport internazzjonali bħal trail running, roti, triathlon, e-racing, u sport tax-xitwa… imbagħad nhar il-Ħadd fl-4 ta’ wara nofsinhar il-partita memorabbli tat-team nazzjonali Malti kontra l-Italja f’Ta’ Qali f’Ottubru 2014 fit-triq għall-kwalifikazzjonijiet għal Euro 2016.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
Atletika

Il-maratona ta’ Boston li suppost kellha ssir f’April li għadda u kienet posposta għal Settembru minħabba l-pandemija tal-Covid-19, issa spiċċat ikkanċellata għall-ewwel darba fl-istorja. L-organizzaturi qalu li sfortunatament, għall-ewwel darba…

Futbol internazzjonali

Il-Kampjonat Premier Ingliż ser jirritorna fis-17 ta’ Ġunju wara li l-amministrazzjoni tal-Premier League ltaqgħet mal-20 klabb tal-ogħla diviżjoni fl-Ingilterra. Il-kampjonat mistenni jirritorna matul il-ġurnata tal-Erbgħa, bil-logħbiet Aston Villa – Sheffield…

COVID-19 Sports

Il-Clubs tal-Premier fl-Ingilterra vvutaw b’mod unanimu favur li jibda t-taħriġ normali inkluż li jista’ jsir kuntatt fi small sided games u anke jistgħu isiru tackles. Dan il-vot ironikament wasal sigħat…

Basketball

F’laqgħa tal-Kunsill tal-Malta Basketball Association li saret l-Erbgħa filgħaxija ġie deċiż li l-kampjonati kollha tal-basketball jiġu kkanċellati għal dan l-istaġun. Wara li x-xahar li għadda kienu kkanċellati l-kampjonati tal-irġiel u…

Aktar