Olimpijadi TOKYO 2020
Protesta f’Tokjo kontra l-Olimpjadi ta’ Lulju li ġej

Protesta f’Tokjo hekk kif iċ-ċittadini ħarġu fiċ-ċentru biex jipprotestaw kontra dawn il-Logħob li se jsiru fl-istess belt f’Lulju li ġej.

Sezzjoni ta’ persuni fil-belt qed jitolbu li dawn il-logħob jiġu kkanċellati minħabba l-pandemija tal-COVID-19.

Ilbieraħ kienet l-ewwel ġurnata minn meta t-torċa bdiet il-vjaġġ tagħha sakemm tasal fil-post taċ-ċerimonja tal-ftuħ.

Toshio Miyazaki ta’ 60 sena, li hu wieħed mill-organizzaturi ta’ dawn il-protesti, qal li hu u eluf ta’ ċittadini oħra kienu nkwetati ħafna li l-Olimpjadi se jsiru fil-belt tagħhom minħabba t-tixrid tal-COVID-19.

Il-Ġappun nefqet mat-300 biljun dollaru fi preparazzjonijiet għal dawn l-Olimpjadi.

 

Miktub minn...
TVM Sport