Futbol internazzjonali
Protesta mill-partitarji ta’ Manchester United f’Old Trafford ftit ħin qabel il-logħba kontra Liverpool

Qabel il-partita f’Old Trafford kontra Liverpool, partitarji ta’ Manchester United daħlu fl-istadium bi protesta kontra l-familja Glazer, li huma s-sidien tal-klabb.

Il-muviment ta’ partitarji li huma kontra s-sidien u t-tmexxija tal-klabb għadhom irrabbjati sal-lum li Ed Woodward tħalla jinnegozja u kien se jdaħħal lit-tim fis-Super League u rtiraħ mill-mill-kompetizzjonijiet tal-UEFA għal ftit sigħat qabel ma sfaxxa kollox.

Il-klabb ta’ Manchester United kien inxtara mill-familja Glazer għal 790 miljun lira sterlina fl-2005.

Miktub minn...
TVM Sport