Futbol internazzjonali
PSG jippreżentaw lil Gianluigi Buffon

L-ex Juventus Gianluigi Buffon kien preżentat uffiċjalment lill-media minn Paris Saint Germain. Il-goalkeeper li lagħab 176 darba għal pajjiżu ffirma kuntratt ta’ sena maċ-ċampjins Franċiżi, biċ-ċans li l-kuntratt jiġġedded għal sen’oħra. F’konferenza li saret fil-Parc de Princes, Buffon tkellem dwar l-aspettativi tiegħu ma’ PSG, wara 17-il staġun sħaħ jilgħab ma’ Juventus, bl-aħħar logħba tkun ir-rebħa ta’ 2-1 fuq Verona.

Buffon se jkollu jitlef l-ewwel tliet logħbiet li PSG se jilagħbu fl-Ewropa u dan minħabba li kien tkeċċa fil-kwartifinali meta Juventus tilfu ma’ Real Madrid.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Kwalifikazzjoni Kampjonat Euro UEFA 2020 European Qualifiers – Grupp F Malta…………….. 2 Gżejjer Faroe……1 Malta bdiet bl-aħjar mod l-impenji tagħha fil-kampjonat Ewropew 2020 meta f’Ta’ Qali f’logħba mill-iktar eċċitanti għeleb…

Futbol internazzjonali

Illum komplew jintlagħbu aktar logħbiet mill-kwalifikazzjoni għall-Euro 2020 meta minn Grupp A f’Wembley Stadium l-Ingilterra bdew bil-kbir l-impenji tagħhom dan wara li huma għelbu lir-Repubblika Ċeka bl-iskor ta’ 5-0.  L-eroj…

Futbol internazzjonali

L-attakkant Brażiljan ta’ Paris St Germain Neymar ġie akkużat mill-UEFA talli insulenta lir-referee wara li t-tim Franċiż safa eliminat mir-round tal-aħħar sittax tal-UEFA Champions League minn Manchester United. Neymar li…

Futbol internazzjonali

Ilbieraħ filgħaxija bdew il-logħbiet tal-gruppi ta’ kwalifikazzjoni għall-EURO 2020, b’diversi riżultati li wħud minnhom kienu mistennija u oħra waslu b’sorpriża. Mistennija r-rebħiet tal-Olanda, il-Kroazja, il-Polonja u l-Belġju, filwaqt li l-Każakstan…

Aktar