Futbol lokali
Punt kull wieħed għal Hibernians u Ħamrun f’partita missielta

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21

Hamrun Spartans……2

Hibernians…………….2

Hibernians fetħu l-logħba b’okkażjoni ta’ gowl wara biss ftit sekondi… b’xutt tajjeb ferm ta’ Shodija wara eżitazzjoni… tad-difensur ta’ Ħamrun. Iżda Ħamrun kisbu l-kontroll tal-logħba u skurjaw l-ewwel gowl permezz ta’ Sasere li rċieva l-ballun fil-kaxxa… u waħdu quddiem il-gowlkeeper Calleja Cremona… ma jfallix. It-tieni gowl għal Ħamrun wasal wara biss żewġ minuti… din id-darba permezz ta’ Soares… li xxutja… l-ballun ħabat mad-difensur… u nbaram għal ġol-lasta. Ħamrun baqgħu jikkontrollaw il-partita sakemm Hibernains skurjaw fit-tmienja u għoxrin minuta… min freekick mogħti minn Texeira… wara azzjoni rregolari min-naħa ta’ Guillamier fuq l-istess plejer.

Fit-tieni taqsima… iż-żewġ timijiet lagħbu logħba tajba… iżda tlettax il-minuta qabel tmiem il-partita… Hibernians kisbu d-draw permezz ta’ penalty mogħti minn Jake Grech… wara azzjoni rregolari ta’ Mbong. Għalkemm Hibernians spiċċaw b’għaxar plejers… wara t-tkeċċija ta’ Kristensen… ir-riżultat finali baqa’ l-istess.

BOV Plejer tal-logħba: Jurgen Degabriele ta’ Hibernians

Referee: Glen Tonna

Formazzjonijiet:

Hibernians:

Matthew Calleja Cremona(GK), Leandro Almeida da Silva, Jake Grech, Jurgen Degabriele (Renold Winchester 87’), Bjorn Kristensen, Dunstan Vella, Zachary Karl Grech( Karolis Laukzemis 51’), Izquier Artiles Gabriel, Shola Haruna Shodiya(Ayrton Attard 74’), Andrei Agius, Jose Wilkson Teixeira(Matthew Ellul 87’)

Ħamrun:

Emmanuel Bartolo(GK), Darko Gojkovic, Matthew Guillaumier, Joseph Essien Mbong, Jorge Soares, Franklin Olanitori Sasere (Marcelo Barbosa Junior 72’), Ige Abdullahi Adeshina (Arthur Oyama 67’), Juan Carlos Corbalan, Predrag Djordjevic, Karl Micallef, Emerson Marcelina

Miktub minn...
TVM Sport
.