X

FILMAT: Punt kull wieħed għal Valletta u Hibernians

Story Published

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20

Valletta ………1
Hibernians …1

Valletta u Hibernians jieħdu punt kull wieħed f’partita bilanċjata.

Wara 8 minuti logħob il-pass ta’ Bjorn Kristensen u xutt fuq il-ġirja ta’ Dunstan Vella spiċċa barra. Ftit wara nuqqas ta’ ftehim fid-difiża tal-Hibs u finalment Jovicic tajjar il-periklu. Fit-18 –il minuta wara azzjoni twila ta’ Valletta x-xutt ta’ Matteo Picciollo spiċċa barra. Fit-28 minuta Imanol Iriberri ġie wicc b’wicc ma’ Bonello pero’ l-goalkeeper Belti mblokka tajjeb. U żewg minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima Valletta marru fil-vantagġ, il-pass ta’ Matteo Piciollo lejn Mario.

Fontanella li baqa’ javvanza u b’xutt fil-baxx għeleb lil Jovicic. Fl-aħħar mumenti tal-ewwel taqsima Hibs kienu qrib il-gowl ta’ dro, l-ewwel permezz ta’ Andre Agius li Bonello dawwar f’korner u ftit wara daqqa ta’ ras ta’ Dunstan Vella tgħaddi ftit barra mil-lasta Beltija.

Fit-tieni taqsima Hibs ħargu fuq l-attak u fl-64 minuta huma kisbu l-gowl tad-draw meta Gabriel Artiles għadda l-ballun lil Leonardo Nanni u dan b’xutt mill-isbaħ għeleb lil Henry Bonello. Fil-71 minuta xutt ta’ Kyrian Nyoko li ġie salvat minn Jovicic u tlett minuti wara xutt ta’ Jake Grech u Bonello dawwar f’korner. Fit-82 minuta xutt angulat fil-baxx tas-sostitut Jurgen Degabriele u Bonello salva b’diffikulta’.

Riżultat finali Valletta FC 1 v Hibernians FC 1
Referee: Malcolm Spiteri.
BOV Plejer tal-partita: Matteo Piciollo (Valletta FC).