Futbol lokali
FILMAT: Punt kull wieħed għal Żejtun u Santa Lucia f’partita nieqsa mill-azzjonijiet 

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21

Santa Lucia ………….………1

Żejtun Corinthians FC……1

L-unika partita fl-istadium nazzjonali u żewġ timijiet li kienu ġejjin minn draw ta mingħajr gowls fl-aħħar konfront kellhom jikkuntentaw bi draw f’partita li rat liż-żewġ tims jilgħabu bi plejer inqas fit-tieni taqsima

Kienu Santa Lucia li marru fuq l-offensiva wara 5 minuta logħob xutt ta’ Adam Magri Overand li ġie mxellef f’corner; biex tlett minuti wara reġgħu kienu Santa Lucia li ttantaw xortijhom minn azzjoni li bdiet minn corner ta’ Tachikawa, daqqa ta’ ras ta’ Kevin Correia li dan pero ma kienx tajjeb;

Wara kwarta logħob Xutt tal-Corinthians minn Vitor Vieira b’saħħtu pero dan intemm għoli;

Fl-għoxrin minuta Żejtun marru fil-vantaġġ minn cross ta’ Junior Sergio Barboza lejn Thiago Bonfim li minn viċin il-lasti ta’ Santa Lucia tefa ġewwa għall-1-0.

Man-nofs siegħa azzjoni oħra ta’ Żejtun daqqa ta’ ras ta’ Reid ħarġa ta’ Christopher Farrugia li Jsalva tajjeb; biex ma l-34 minuta Cross ta’ Barboza lejn Do Nascimento minn nofs xutt li għadda viċin il-lasti ta’ Santa Lucia.

L-ewwel taqsima li għalqet 1-0 favur Żejtun

Mal-55 minuta kien Lucas Moreira li deher waqqa lil  Rei Tachikawa biex ir-referee Stefan Pace ordna l-penalty biex mill-ħdax –il metru Alan Da Silva Souza tefa wara Christian Cassar

Fi 80 minuta Santa Lucia jispiċċaw jilgħabu bi plejer inqas meta Stefan Pace wera it-tieni karta safra lil Tachikawa li dan ta l-aħħar kellu jħalli lit-tim u jmur ibiddel qabel sħabu biex fi 86 minuta kien il-plejer Junior Barbosa Da Silva ta’ Żejtun li b’karta ħamra diretta tkeċċa wkoll.

Riżultat finali: Santa Lucia 1 – Żejtun 1.

BOV Player tal-Logħba: Alan Da Silva Souza – Plejer ta’ Santa Lucia

Referee: Stefan Pace

Formazzjonijiet:

Santa Lucia FC: Farrugia.C, Tabone.T, Prates.A, Correia.K, Magri.A, Da Silva.A (90 Vella, Ante.K, Filho.L, Zerafa.J, Tachikawa.R, Xuereb.K (46’ Caseres)

Żejtun C: Cassar.C, Moreira.L, Reid.D, Do Nascimento R, Bonfim.T, Grech C, barboza S, Vieira V, Catanio D (77’ Bugeja), Herrera E, Tabone N.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.