Futbol lokali
FILMAT: Punt kull wieħed u Floriana jibqgħu fl-ewwel post u l-uniku tim bla telfa

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20

Floriana………..2

Hibernians…….2

Floriana jtemmu f’parita’ ta’ 2-2 kontra l-Hibernians, biex jibqgħu l-unika tim bla telfa fil-kampjonat wara 10 partiti. Partita’ li kien kumbattuta u bbilanċjata ferm, f’konfront bejn żewġ kowċis Taljani, Potenza għal Floriana u Sanderra għall-Hibernians.

Fid-9 minuta, u jkollna l-ewwel gowl tal-partita, u jkunu Hibernians li jmorru fil-vantaġġ, kross mil-lemin ta’ Leonardo Nanni, bil-captain Pawlist Bjorn Kristensen jirnexxilu jitfa’ fix-xibka minn taħt il-lasti, Floriana 0-1 Hibernians.

Fit-22 minuta, Floriana jirrispondu meta Kristian Keqi jkollu tentattiv imblukkat minn Marko Jovicic bejn il-lasti ta’ Hibernians, bil-Hibs jirnexxilhom jevitaw il-periklu b’xi mod jew ieħor. Fis-27 minuta, ‘free-kick’ ta’ Diego Venancio minn barra l-kaxxa għall-Furjana, jilqa’ tajjeb Marko Jovicic, biex minuta wara jerġgħu il-Greens, b’xutt ta’ Brandon Paiber mil-lemin, wara li jagħtih ballun tajjeb Tiago Adan Fonseca, x-xutt ta’ Paiber jiġi salvat parzjalment minn Jovicic, b’Hibs eventwalment itajru l-periklu.

44 minuta, u l-Furjana jiksbu l-gowl tal-parita’, ġirja sabiħa ferm mix-xellug ta’ Ryan Camenzuli, bix-xutt b’saħħtu tiegħu, ballun li jegħleb lil Marko Jovicic, għal Floriana 1-1 Hibernians.

Tieni taqsima, fis-47 minuta, Hibernians ikollhom xutt ta’ Jake Grech mil-lemin, isalva Akpan parzjalment, bi Floriana jevitaw il-periklu, biex infatti żewġ minuti wara, Kristian Keqi jirrispondi għall-Furjana, b’xutt mil-lemin li jgħaddi barra.

66 minuta, Hibernians ikollhom xutt minn barra l-kaxxa ta’ Jake Grech, ballun ddevjat għall-korner.

Pero’ fit-68 minuta, Floriana jiġu mogħtija ‘penalty’ mir-referee Stefan Pace, meta jitwaqqa’ fil-kaxxa Kristian Keqi minn Dunstan Vella, biex l-istess Kristian Keqi jitfa’ fix-xibka mill-11-il metru, għal Floriana 2-1 Hibernians, fost id-delirju tal-partitarji Furjaniżi.

76 minuta, u Hibernians jiksbu t-2-2, jidħol tajjeb mix-xellug Bjorn Kristensen, jgħaddi lejn Jake Grech li mill-viċin jegħleb lil Ini Akpan, ballun li anke ħabat mal-mimduda, qabel ma daħal fix-xibka.

Fis-86 minuta, Hibs ikollhom daqqa ta’ ras tas-sostitut Terrence Groothusen tmur għoli wara kross mix-xellug ta’ Gabriel Izquier Artiles.

Riżultat finali: Floriana 2-2 Hibernians

BOV Plejer tal-Partita: Kristian Keqi (Floriana)

Referee: Stefan Pace

Formazzjonijiet: 

Floriana: I.Akpan, E.Ruiz, D.Venancio, K.Keqi, J.A Ulisses, B.Paiber, J.Pisani (C), M.N.Garcia, A.Cini, R.Camenzuli, T.A Fonseca

Hibernians: M.Jovicic, T.Tabone Desira, L.Da Silveira, J.Mbong, J.Grech, B.Kristensen (C), D.Vella, G.Izquier Artiles, A.Agius, L.Nanni, I.Iriberri

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

L-ex player internazzjonali Malti Noel Turner irritorna ma’ Sliema Wanderers bħala assistant kowċ, jassisti lit-Taljan Andrea Pisanu. Turner għadu ġej minn esperjenza mal-MFA fl-irwol doppju tiegħu fl-aħħar snin bħala kowċ…

Futbol lokali

Bejn il-ġimgħa u s-Sibt MD19 tal-Kampjonat BOV Premier, il-ġimgħa tliet logħbiet, fis-sebgħa fil-Hibernians Stadium Floriana kontra Tarxien Rainbows, fl-Istadium Nazzjonali fis-sitta Sirens kontra Sliema Wanderers, warajha l-partitissima ta’ tmiem il-ġimgħa…

Futbol lokali

Il-Kummissarju tad-Dixxipplina tal-Malta Football Association issospenda partita lil erba’ plejers mill-Kampjonat BOV Premier. Il-plejers huma Leandro De Silveira ta’ Hibernians; Rafael Morisco ta’ Mosta; Emanuel Okoye ta’ Sirens u Matthew…

Futbol lokali

It-team nazzjonali Malti se jilgħab partita ta’ ħbiberija maċ-champions Ewropej il-Portugall f’Ġunju. Il-partita għalkemm għad trid tiġi konfermata formalment mill-FA Portugiża hija skedata għal ftit jiem qabel il-Portugall jitilqu għal…

Aktar