International Sports
Putin jitkellem dwar id-doping fl-Isport Russu

Atletika: Il-President tar-Russja, Vladmir Putin, stqarr li r-Russja qatt ma’ kellha programm tad-doping fl-Isport iffinanzjat mill-Gvern. Putin kien qed jitkellem b’reazzjoni għad-deċiżjoni li l-Kumitat Olimpiku Internazzjonali żamm is-sospensjoni imposta fuq il-Federazzjoni tal-Atletika tar-Russja.

Il-Federazzjoni Russa kienet sospiża wara li in-NADO l-Organiżazzjoni Internazzjonali kontra d-Doping kienet waslet għall-konklużjoni li diversi atleti Russi kienu qed jieħdu sostanzi projbiti.

Putin stqarr li r-Russja qatt ma kellha, m’għandhiex, u jittama li qatt m’hu se jkollha programm tad-doping iffinanzjat mill-gvern, anzi kompla jgħid li se jkun hemm biss ġlieda sfrenata kontra d-doping minn pajjiżu.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
International Sports

Il-Grand Prix tal-Ħadd li ġej f’Silverstone se jkun Grand Prix speċjali għaliex se jkun qed ifakkar is-70 anniversarju tal-ewwel Grand Prix fl-istorja li kien sar propju f’Silverstone fit-13 ta’ Mejju…

International Sports

Il-cricket fl-Ingilterra sar l-ewwel sport li qed jerġa’ jara l-partitarji fih minn wara l-pandemija tal-COVID-19. 1,000 partitarji attendew għall-partita ta’ ħbiberija li ntlagħbet dalgħodu bejn Surrey u Middlesex. Il-partita qed…

International Sports

Alex Pullin, l-atleta tal-Awstralja, darbtejn Champion tad-Dinja tal-isnowboarding, instab mejjet fl-età ta’ 32 sena. Il-Pulizija kkonfermaw li Pullin instab fil-bajja ta’ Queensland Gold Coast u kien qed jistad meta ħassu…

International Sports

L-ex sewwieq tal-Formula 1 Alex Zanardi jinsab f’kundizzjoni kritika wara li lbieraħ filgħaxija kien involut f’inċident bil-handbike. Zanardi ġie operat urġenti f’rasu wara inċident ikrah fit-toroq ta’ Pienza ma’ trakk…

Aktar