Boxing
Qabel il-ġlieda tas-Sibt, Wilder u Fury jerġgħu jispiċċaw fl-idejn

Fl-aħħar konferenza tal-aħbarijiet qabel il-ġlieda ta’ nhar is-Sibt li ġej, Deontay Wilder u Tyson Fury flimkien man-nies rispettivi tagħhom spiċċaw fl-idejn. Din kważi saret xena li sirna narawha f’kull konferenza tal-aħbarijiet qabel xi ġlieda, imma Wilder saħaq li l-ġlieda ma kenitx għal xi forma ta’ spettaklu, imma kienet kollha emozzjoni għall-fatt li Fury donnu qiegħed jgħid li ħadd ma jista’ jegħlbu. Wilder saħaq li huwa kiseb kollox f’dan l-isport, u li anke rnexxielu jikkompeti fl-Olimpjadi, xi ħaġa li Fury għadu m’għamilx.

Il-ġlieda ser issir fl-Istaples Centre ta’ Los Angeles, u Fury sostna li huwa ma jridx ikun boxer professjonali biss, imma l-aqwa boxers li hawn bħalissa u li għad ikun hawn. Qal li hu għażel li jiġġieled kontra Wilder għaliex bħalissa huwa l-aktar boxer li jista’ joffrielu sfida denja, imma dan xorta waħda mhux ser iwaqqfu milli nhar is-Sibt li ġej joħroġ rebbieħ.

S’issa Wilder rebaħ il-ġlidiet kollha li kellu fil-karriera, erbgħin waħda, filwaqt li anke Fury rebaħ kull ġlieda li ġġieled, sebgħa u għoxrin. Wilder kien imwieled f’Tuscaloosa, Alabama, filwaqt li Fury huwa minn Manchester, l-Ingilterra.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Boxing

Aħbar traġika hekk kif l-ex champion tad-dinja, il-boxer Amerikan Pernell ‘Sweet Pea’ Whitaker, miet f’inċident tat-traffiku f’Virginia Beach. Din l-aħbar tagħta l-Pulizija tal-post stess. Whitaker kellu 55 sena. Whitaker kien…

Boxing

L-Ispanjola Miriam Gutierrez kellha sena pjuttost imħallta imma sodisfaċenti. Wara li kienet sfat abbużata mill-partner tagħha waqt it-tqala bl-ewwel tarbija tagħhom, Gutierrez l-ewwel użat il-boxing u issa anke l-politika biex…

Boxing

Kollox lest għall-ġlieda boxing bejn Tyson Fury u Tom Schwarz. Dawn it-tnejn se jkunu qed jiġġieldu fi ġlieda li mhux se jkun fiha ebda titlu iżda mondjali, iżda se tkun qed…

Boxing

Boxing: Is-Sibt filgħaxija attivita’ ferm mistennija ‘Networking Fightclub’ organizzata minn Prize Boxing Promotions taħt l-iskrutinju tal-Malta Boxing Association. Illum sar il-Weigh-in tal-20 boxer li se jiġġieldu fl-għaxar ġlidiet ta’ għada. Fost…

Aktar