Sports Internazzjonali
Qabża bil-BMX minn fuq ħelikopter

L-Iskoċċiż Kriss Kyle rnexxielu jegħleb il-biża’ tiegħu mill-għoli, meta bil-BMX qabeż minn fuq ħelikopter u niżel fuq il-helipad tal-lukanda Burj al Arab f’Dubaj. Wara li għamel din il-qabża b’suċċess, Kyle ammetta li kellu jaffaċċja l-biżgħat tiegħu meta nduna li l-ħelikopter li kien fuqu waqaf eżatt fuq ir-rampa tal-helipad fejn hu kellu jaqbeż bir-rota b’kollox. B’kollox, iċ-ċiklist qabeż 4.2 metri minn fuq il-ħelikopter għal fuq rampa, imbagħad niżel 9 metri oħra sakemm wasal fuq it-tapit l-aħmar li wasslu sal-lukanda.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Sports Internazzjonali

Ir-Russu Daniil Medvedev irnexxielu jirbaħ il-Masters 1000 f’Cincinnati dan wara li fil-finali huwa għeleb lil David Goffin bil-punteġġ ta’ 7-6, 6-4. Medvedev salva żewġ break points hekk kif kien qed…

Formula 1

Il-Grand Prix tal-Messiku ser jibqa’ fil-kalendarju tal-Formula 1 għat-tliet snin illi ġejjin wara li kien iffirmat kuntratt ġdid. L-isem tat-tellieqa ser jinbidel għal Mexico City Grand Prix mis-sena d-dieħla, fejn…

Sports Internazzjonali

Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali mmexxi mill-President Thomas Bach irreġistra tilwima mal-CONI l-Kumitat Olimpiku taljan hekk kif il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali qed jinsisti li l-CONI jindirizza flimkien mal-Gvern taljan is-sitt punti li qed…

Sports Internazzjonali

Aaron Zang, businessman Ċiniż, rebaħ it-tournament tal-poker li sar fl-Ingilterra li fih ħadu sehem 54 plejer. Kull parteċipant kellu jħallas €1.10 miljuni biex jieħu sehem u r-rebħa taċ-Ċiniż kienet pjuttost…

Aktar