Għawm
Qabżiet spettakolari f’Texas fir-Red Bull Cliff Diving World Series

Xi ftit qtugħ ta’ nifs għal dawk li jibżgħu mill-għoli, filwaqt li tista’ tkun l-għaxqa għal dawk li jħobbu l-baħar. Fl-ewwel Red Bull Cliff Diving World Series li saret f’Texas, l-Istati Uniti, kienu Adriana Jimenez u Kris Kolanus li ħarġu rebbieħa fil-kategoriji tagħhom.

Il-finali tan-nisa kienet waħda taħraq, b’erba’ għawwiema jikkompetu bejniethom għall-unuri, biss fl-aħħar kienet il-Messikana Jimenez li rebħet bi żbrixx fuq il-Brittanika Jessica Macaulay. il-Ġermaniża Anna Bader spiċċat it-tielet.

Fil-kategorija tal-irġiel, il-Pollakk Kolanus mexa skont il-qawl Malti tal-aħħar ibaħħar, għaliex kien l-aħħar wieħed li resaq ‘il quddiem sabiex jagħmel il-qabża tiegħu. Qabża li kienet eċċellenti biżżejjed biex tefgħetu fl-ewwel post, biex b’hekk għeleb liċ-Ċek Michal Navrati li spiċċa t-tieni u l-Brittaniku Blake Aldridge li spiċċa t-tielet.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Għawm

Tliet għawwiema Maltin irnexxielhom jiksru rekords Nazzjonali ġodda waqt l-14 -il edizzjoni tal-Kampjonati tad-Dinja tal-Għawm Short Course tal-FINA. F’dan il-kampjonat li sar f’Hangzhou, ċ-Ċina, spikkaw Francesca Falzon, Young, Michael Stafrace, Mya…

Għawm

Fl-Għawm, Francesca Falzon Young kisret zewġ rekords fuq distanza qasira waqt il-wieħed u għoxrin edizzjoni tal-Ispeedo Meet f’Dubaj. Francesca għamet fil-mitejn metru freestyle f’ħin tajjeb ta’ zewġ minuti, erbgħa punt…

Għawm

Dylan Cachia u Sarah Demicoli rebħu l-kampjonat tal-Birkirkara St. Joseph Open Water Swimming. Dawn iż-żewġ għawwiema, għal darb’oħra ddominaw dan il-Kampjonat, li kien jikkonsistu f’ħames tlielaq fuq żewġ kilometri, u…

Għawm

Fil-kompetizzjoni internazzjonali Strock Atus li saret fi Graz l-Awstrija, l-għawwiema Maltija Mya Azzopardi kisbet rekord nazzjonali ġdid meta fil-200 metru medley tal-individwali għamlet ħin ta’ 2 minuti u 26 sekonda…

Aktar