Futbol internazzjonali
“Qatt ma ltqajt ma’ bniedem li kapaċi jigdeb fit-tul hekk u ma jinqabadx” Ceferin dwar Agnelli

Il-President tal-UEFA, Aleksander Ceferin, kellu kliem iebes ħafna, indirizzat lejn il-President tal-ECA u ta’ Juventus, Andrea Agnelli.

“Qatt ma ltqajt ma’ bniedem li kapaċi jigdeb fit-tul hekk u ma jinqabadx,” qal Ceferin, b’referenza għall-President tal-European Club Association.

Andrea Agnelli, flimkien mal-President ta’ Real Madrid Florentino Perez, kienu l-imħuħ wara l-European Super League li se jkun qed jibda kompetizzjoni ġdida bejn 12-il klabb Ewropew.

Ceferin qal li kellu kuntatt żgħir ma’ Agnelli u Perez, qalulu li kienu se jċempillu lura, iżda minflok tfewlu t-telefon.

Is-Super League se jkun qed jiggarantixxi minimu ta’ €300,000,000 fuq 23 sena lil kull klabb li jipparteċipa fih.

Il-FIFA u l-President Ceferin innifsu qed jgħidu li dawk il-plejers li jipparteċipaw f’dan is-Super League mhux se jkunu jistgħu jipparteċipaw fil-Kampjonat Ewropew u t-Tazza tad-Dinja.

Id-dinja tal-futbol, flimkien mal-Gvernijiet Ewropej, jidhru magħquda kontra dan it-tournament ġdid u jidher li qed jappoġġjaw lill-President tal-UEFA f’dan kollu.

“Dawk il-plejers li se jipparteċipaw fih mhux se jkunu jistgħu jilagħbu mat-timijiet nazzjonali anqas,” kompla Ceferin.

Miktub minn...
TVM Sport