Triathlon
FILMAT: ‘Qed nibqa’ nittrenja kif nista’ mid-dar’ – Fabio Spiteri Triatleta

Hekk kif il-Gyms kollha madwar il-pajjiż jinsabu magħluqa diversi atleti kellhom jaraw kif se jsibu mod biex ikomplu t-taħriġ tagħhom minn b’mod u min b’ieħor.

Fost dawn hemm it-Triatleta Malti Fabio Spieri li minkejja li għadu kif itemm 14 -il ġurnata kwarantina qed isib mod kif jista’ jibqa’ attiv u jittrenja. F’intevista ma’ TVM Sport Spiteri li f’dawn l-aħħar snin għamel kemm id-Double u anke t-Triple Ironman qalina li qed jittrenja mid-dar l-aktar fuq il-core b’xi eżerċizzji regolari bil-weights u permezz ta’ indoor bike li għandu li jqabbadha ma’ sistema online fejn biha jittrenja u jtellaq virtwalment ma’ atleti oħra anke barra minn Malta. ‘Sfortunatament għalissa ma nistgħux nużaw il-Pixxina għall-għawm minħabba li din tinsab magħluqa wkoll’ żied jgħid Spiteri.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Triathlon

Il-Federazzjoni Maltija tat-Triathlon ħabbar il-ħatra ta’ Bord kompletament ġdid wara l-Laqgħa Ġenerali Annwali li saret riċentement. Il-President il-ġdid tal-Federazzjoni huwa John Vella, triatleta li jiffoka fuq distanzi twal u bi…

Triathlon

It-Triatleta tal-Birkirkara St Joseph Sports Club Rudolph Agius kompla jiddomina ix-xena tat-triathlon fuq distanza twila f’Malta bil-wirja tiegħu fil-Kampjonati tal-Lvant Nofsani Ironman 70.3 li sar fil-Bahrain dan il-weekend. It-tellieqa tal-Ironman…

Aktar