“Qed nikkontesta biex nirbaħ” – Il-Prinċep Ali f’intervista ma’ TVM Sport

 

F’intervista esklussiva ma’ TVM Sport il-Prinċep Ali Bin Hussein tal-Ġordan esprima ruħu sodisfatt bil-kampanja tiegħu sa issa għall-Presidenza tal-FIFA liema elezzjoni se ssir fis-26 ta’ Frar. Hu qal li l-importanti f’dan il-perjodu hu li jsib il-ħin jispjega kif u għaliex għandha titnaddaf il-FIFA

Fl-Intervista li xxandret sħiħa fil-programm Sports Panorama Bin Hussein li hu wkoll il-President tal-Federazzjoni tal-Ġordan tenna li hu kkandida ruħu biex jirbaħ u mhux sempliċiment biex ikun parteċipi.

Mistoqsi jekk jinsabx kunfidenti li jissupera l-ewwel round fil-votazzjoni ta’ Frar u jekk se jkunx qed jikkopera fid-dwell finali mal-kandidat favorit l-ieħor Gianni Infantini l-Prinċep kien pjuttost xott u skjett fir-risposta tiegħu.

TVM Sport hu infurmat li minkejja l-Bin Hussein tenna waqt l-intervista l-possibilitàli t-team Nazzjonali tal-Ġordan jirreċiproka l-logħba ta’ ħbiberija billi jġi Malta, il-logħba hi diġà kważi kkonfermata u l-logħba se ssir f’Mejju tas-sena 2016. It-team nazzjonali tan-nisa jista’ jiġi Malta wkoll għal-logħba jew tnejn ta’ ħbiberija kontra t-team Nazzjonali Malti tan-nisa.

Miktub minn...
TVM Sport
.