Futbol internazzjonali
Qiegħda tmut it-tama li Emiliano Sala u l-pilota jinstabu ħajjin

Bil-mod il-mod qiegħda tmut it-tama li l-plejer Emiliano Sala u l-pilota tal-ajruplan li għeb nhar it-Tnejn li għadda billejl, jinstabu ħajjin. Wara ġurnata oħra ta’ tiftix li rriżultat fin-negattiv matul il-ġurnata tal-Erbgħa, il-pulizija ta’ Guernsey ammettiet li bil-mod il-mod qiegħda taqta’ qalbha li ser issib lil dawn iż-żewġ persuni ħajjin. Matul il-ġurnata tal-Erbgħa, kien hemm it-tama li Sala u l-pilota jinstabu fuq life raft li kien hemm fuq l-ajruplan, imma kemm l-ajruplani u anke d-dgħajjes li fittxewhom, s’issa ma kellhom l-ebda riżultat, la tal-ajruplan u lanqas tal-individwi.

Il-gruppi differenti li kienu qegħdin ifitxxu fil-baħar, kienu qegħdin jiċċekkjaw ritratti meħuda mis-satellita kif ukoll qabblu dan kollu ma’ informazzjoni li kellhom tal-mobiles tal-pilota u tal-plejer, fejn jidher li Sala bagħat messaġġ lill-familjari tiegħu fejn fih kien jinħass evidentament imwerwer. Wara aktar minn 40 siegħa mitlufin, it-tama bdiet tbatti li xi ħadd minnhom jista’ jkun għadu ħaj meta wieħed iqis anke t-temperaturi baxxi li hemm fil-baħar tal-Kanal Ingliż.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Wolves 1  Manchester United 1 Mill-Kampjonat Premier Ingliż, Wolves ħadu t-tieni draw minn daqstant logħbiet meta f’darhom ġew 1-1 ma’ Manchester United. Kienu r-Red Devils li marru fil-vantaġġ mas-27 minuta…

Futbol internazzjonali

Brescia ippreżentaw uffiċjalment lill-attakkant internazzjonali Taljan Mario Balotelli li se jkun qed jirritorna jilgħab fl-Italja wara nuqqas ta’ tliet snin. Fl-intervent tiegħu, il-plejer ta’ 29 sena qal li jinsab kalm…

Futbol internazzjonali

FUTBOL INTERNAZZJONALI Bayern Munich għadhom kemm akkwistaw b’self mingħand Barcelona lill-attakkant Brażiljan Philippe Coutinho. Hekk kif ġie ppreżentat lill-mezzi tax-xandir Ġermaniżi, Coutinho deher ferm ħerqan sabiex jibda din l-avventura ġdida….

Futbol internazzjonali

Il-kowċ ta’ Real Madrid Zinedine Zidane qal li Gareth Bale ser jibqa mal-Madrileni dan wara li huwa pproduċa wirja tajba sabiex Real għelbu lil Celta Vigo bl-iskor ta’ 3-1. Wara…

Aktar