Futbol lokali
FILMAT BOV Premier: Qormi jaħsdu lil Floriana, rebħa li momentarjament tħallihom fl-aħħar post, pero issa flimkien ma’ Pieta H.

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19

FLORIANA……0

QORMI………..1

Ikompli l-mument negattiv ta’ Floriana, telfa mal-Qriema, b’gowl uniku t’Antonio Rozzi fl-ewwel taqsima. Qormi li qasmu l-logħob ma’ Floriana fl-ewwel taqsima, pero fit-tieni taqsima, Floriana ma jagħmlux reazzjoni denja, u l-Qriema jerbħu b’mod meritat

12-il minuta-Floriana bl-ewwel azzjoni, xutt ta’ Lucas da Silva Vieira għoli ferm mil-lasti, wara kross mil-lemin

 18-il minuta-Korner mix-xellug ta’ Brandon Paiber ghal Floriana, Emerson Marcelina, l-konklużjoni tiegħu tmiss max-xibka minn barra

 20 minuta-Gowl imħassar għal Qormi, wara li tefa’ fix-xibka Freud Gnindokponou, wara x-xutt ta’ Mateus Reggis li kien milqugħ parzjalment minn Ini Aktpan

 37 minuta-Il-Qriema fil-vantaġġ, mil-lemin Antonio Rozzi jibqa’ dieħel tajjeb, ballun devjat mid-difiża ta’ Floriana, ballun fix-xibka, Floriana 0-1 Qormi

 41 minuta-Free-kick t’Arthur Henrique Oyama ghall-Greens minn barra l-kaxxa, ballun ftit barra mil-lasti tal-gowlkeeper David Cassar

 43 minuta-Kross mix-xellug, Vieira ta’ Floriana jkollu x-xutt tiegħu li jispiċċa barra mil-lasti ta’ Cassar

 Tieni taqsima; Kellna nistennew sas-76 minuta, għal azzjoni denja fil-partita, xutt ta’ Arthur Henrique Oyama ghal Floriana, ballun għoli mil-lasti pero’ ta’ David Cassar

 Ħin miżjud-Qormi b’ċans li jirduppjaw, Tensior Guzman jitfa’ kemm kemm barra inkredibbli mil-lemin, wara ballun mix-xellug tal-iskorer Rozzi, wara tentattivi mhux effettivi biżżejjed ta’ Floriana

Riżultat finali-Floriana 0-1 Qormi

BOV Plejer tal-Partita-Antonio Rozzi (Qormi)

Referee-Trustin Farrugia Cann

 

 

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Illum tkomplu u tlesta l-MFA Symposium li kien organizzat f’Dar il-Mediterran fil-Belt Valletta. Dan is-symposium wassal tagħrif ta’ opportunitajiet fid-dinja diġitali tal-lum. Is-Symposium fetaħ b’diskors tal-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo…

Futbol lokali

Darren Abdilla hu l-kowċ il-ġdid ta’ Valletta FC. Hu ffirma kuntratt li se jorbtu mal-klabb sal-istaġun 2021/2022. L-aħbar saret uffiċjali ilbieraħ filgħaxija. Abdilla kien strumentali biex Gżira United FC għamlu…

Futbol lokali

Bob Higgins, l-ex Youth Development Officer tal-Malta Football Association, instab ħati fuq 45 kap ta’ akkuża ta’ abbuż sesswali fuq 23 tifel. Higgins kien ingħata din il-kariga fl-MFA f’Lulju tal-1989…

Futbol lokali

Manuele Blasi, l-ex plejer tas-Serie u tat-tim nazzjonali Taljan, mil-lum sar il-kowċ ta’ Hamrun Spartans FC. Blasi se jkun qed jibdel lil Giovanni Tedesco li ħalla l-kariga tiegħu biex ingħaqad…

Aktar