Futbol lokali
Qrendi FC jakkwistaw lill-attakkant Daniel Mariano Bueno

Jirritorna f’pajjiżna l-attakkant Brażiljan Daniel Mariano Bueno sabiex jingħaqad ma’ Qrendi FC għal dan l-istaġun. Jidher li Bueno wasal Malta t-Tnejn filgħaxija sabiex jibda jitħarreġ mal-klabb ta’ Qrendi, ftit jiem qabel ma’ jibda l-BOV Challenge League. Fil-passat Daniel Mariano Bueno kien inġieb f’pajjiżna minn Tarxien Rainbows fl-2008 u fl-esperjenza tiegħu f’Malta kien anke lagħab ma’ Mosta FC fl-ewwel nofs tal-istaġun 2014/15.

Wara din l-esperjenza Bueno ħalla Malta biex reġa’ mar jilgħab fil-Brażil u l-aħħar tim li kien miegħu kien Comercial-SP.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra

MALTA ………….0 DANIMARKA….8 EURO 2021 TAN-NISA Telfa kbira ta’ 8-0 għal Malta kontra d-Danimarka illejla fis-Centenary Stadium. It-telfa hija s-sitt waħda għat-tfajliet Maltin minn tmien logħbiet s’issa fi Grupp B:…

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21 Valletta ………….4 Birkirkara……….2 Valletta fetħu l-impenji tagħhom staġjonali b’rebħa diffiċli ta’ 3-2 kontra Birkirkara. Kienet partita klassika bejn żewġ timijiet li mistennija jkunu fost il-protagonisti ewlenin…

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21 Ħamrun Spartans….5 Sirens………………….1 It-Taljani jgħidu, ‘Buona La Prima’. Hu hekk kien għal Hamrun Spartans. Il-Ħamruniżi jistgħu jgħidu li kellhom bidu brillanti tal-Kampjonat BOV Premier 2020/21 meta…

Floriana FC…………2 Gżira United FC……1 Floriana kisbu l-ewwel punti tal-istaġun meta f’logħba sabiħa għelbu lil Gżira 2-1. Gzira ddominaw il-logħba fl-ewwel siegħa tagħha, iżda fl-aħħar nofs siegħa Floriana tjiebu ferm…

Aktar